Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet ġustifikabbli sabiex jemmen li tkun essenzjali azzjoni urġenti sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fir-rigward ta' sustanza, waħidha, f'
►M3
taħlita
◄ jew f'oġġett, anke jekk tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan jista' jieħu l-miżuri provviżorji adegwati. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jippreżenta l-informazzjoni xjentifika jew teknika li fuqha l-miżura provviżorja tkun ibbażata