+Artikolu 138 Reviżjoni
---+Artikolu 138 1.
---+Artikolu 138 2.
---+Artikolu 138 3.
---+Artikolu 138 4.
---+Artikolu 138 5.
---+Artikolu 138 6.
---+Artikolu 138 7.
---+Artikolu 138 8.
---+Artikolu 138 9.

Artikolu 138 Reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 138 1.

Sa l-1 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni bie tivvaluta jekk testendix jew le l-applikazzjoni ta' l-obbligu li titwettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika u li din tiġi dokumentata fir-rapport ta' sigurtà kimika għas-sustanzi mhux koperti minn dan l-obbligu għaliex ma jkunux suġġetti għar-reġistrazzjoni jew suġġetti għar-reġistrazzjoni iżda manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi kull sena. ►M3  Madankollu, għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, kategorija 1A jew 1B, skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-reviżjoni għandha titwettaq sa l-1 ta' Ġunju 2014. ◄ Meta tagħmel ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha relevanti, inklużi:

(a) 

l-ispiża għall-manifatturi u l-importaturi sabiex ifasslu r-rapporti dwar is-sigurtà kimika;

(b) 

id-distribuzzjoni ta' l-ispejjeż bejn atturi fil-katina ta' provvista u l-utenti downstream;

(ċ) 

il-benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Abbażi ta' din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex testendi dan l-obbligu.

Artikolu 138 2.

Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi hekk kif jista' jiġi stabbilit mod prattikabbli u effikaċi, għall-ispejjeż magħmula, sabiex jintgħażlu polimeri għar-reġistrazzjoni abbażi ta' kriterji teknikament u xjentifikament validi, u wara li jiġi pubblikat rapport dwar dan li ġej:

(a) 

ir-riskji kawżati mill-polimeri b'paragun ma' sustanzi oħra;

(b) 

il-ħtieġa, jekk ikun hemm, tar-reġistrazzjoni ta' ċerti tipi ta' polimeri, filwaqt li jittieħed kont tal-kompettività u ta' l-innovazzjoni, fuq naħa waħda, u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent, fuq in-naħa l-oħra.

Artikolu 138 3.
Ir-rapport, imsemmi fl-Artikolu 117(3), dwar l-esperjenza miksuba mill-funzjonament ta' dan ir-Regolament, għandu jinkludi reviżjoni tar-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni ta' sustanzi manifatturati jew importati biss fi kwantitajiet li jibdew minn tunnellata metrikaw waħda iżda li jkunu anqas minn 10 tunnellati metriċi kull sena kull manifattur jew importatur. Abbażi ta' dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex timmodifika r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' tunnellata metrika waħda jew aktar sa 10 tunnellati metriċi kull sena kull manifattur jew importatur, filwaqt li jittieħed kont ta' l-aħħar żviluppi, pereżempju fir-rigward ta' ttestjar alternattiv u tar-relazzjonijiet (kwantitattivi) bejn attività u struttura ((Q)SARs).
Artikolu 138 4.
Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta' l-Annessi I, IV u V sa 1 ta' Ġunju 2008, bil-ħsieb li tipproponi emendi għalihom, jekk ikun opportun, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 131.
Artikolu 138 5.
Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta' l-Anness XIII sa l-1 ta' Diċembru 2008, sabiex tivvaluta l-adegwatezza tal-kriterjigħall-identifikazzjoni ta' sustanzi li jkunu persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, jew li jkunu persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, bil-ħsieb li tipproponi emendi għalih, jekk ikun il-każ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4).
Artikolu 138 6.
Sa l-1 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni sabiex tqis jekk għandhiex temenda jew le l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' dispożizzjonijiet oħrajn relevanti tal-Kommunità. Fuq il-bażi ta' dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Artikolu 138 7.
Sa l-1 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni sabiex tqis jekk għandhiex testendi jew le, b'kont meħud ta' l-aħħar żviluppi fil-konoxxenza xjentifika, il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 60(3) għal sustanzi identifikati taħt l-Artikolu 57(f) bħala sustanzi li għandhom proprjetajiet li jikkawżaw l-inabilitazzjoni endokrinali. Fuq il-bażi ta' dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Artikolu 138 8.
Sa l-1 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni sabiex tqis jekk għandhiex testendi jew le l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 33 sabiex ikopri sustanzi perikolużi, b'kont meħud ta' l-esperjenza prattika fl-implimentazzjoni ta' dak l-Artikolu. Fuq il-bażi ta' dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-estensjoni ta' dak l-obbligu.
Artikolu 138 9.
Konformement ma' l-objettiv tal-promozzjoni ta' ittestjar li ma jsirx fuq l-annimali u tas-sostituzzjoni, tnaqqis u l-perfezzjonament ta' l-ittestjar fuq l-annimali meħtieġ taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrivedi r-rekwiżiti għall-ittestjar taħt it-Taqsima 8.7 ta' l-Anness VIII sa l-1 ta' Ġunju 2019. Fuq il-bażi ta' din ir-reviżjoni, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent, il-Kummissjoni tista' tipproponi emenda skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.