|
+Artikolu 138 1. |
Artikolu 138 1.Sa l-1 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni bie tivvaluta jekk testendix jew le l-applikazzjoni ta' l-obbligu li titwettaq valutazzjoni tas-sigurtà kimika u li din tiġi dokumentata fir-rapport ta' sigurtà kimika għas-sustanzi mhux koperti minn dan l-obbligu għaliex ma jkunux suġġetti għar-reġistrazzjoni jew suġġetti għar-reġistrazzjoni iżda manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' anqas minn 10 tunnellati metriċi kull sena. ►M3 Madankollu, għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet ta' periklu karċinoġeniċità, mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċità riproduttiva, kategorija 1A jew 1B, skond ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ir-reviżjoni għandha titwettaq sa l-1 ta' Ġunju 2014. ◄ Meta tagħmel ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha relevanti, inklużi:
(a)
l-ispiża għall-manifatturi u l-importaturi sabiex ifasslu r-rapporti dwar is-sigurtà kimika;
(b)
id-distribuzzjoni ta' l-ispejjeż bejn atturi fil-katina ta' provvista u l-utenti downstream;
(ċ)
il-benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun il-każ, tippreżenta proposti leġiżlattivi sabiex testendi dan l-obbligu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|