|
+ANNESS XVI ANALIŻI SOĊJO-EKONOMIKA |
ANNESS XVI ANALIŻI SOĊJO-EKONOMIKA
ANNESS XVI ANALIŻI SOĊJO-EKONOMIKA Dan l-Anness jindika l-informazzjoni li tista' tiġi indirizzata minn dawk li jippreżentaw analiżi soċjo-ekonomika (SEA) ma' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 62(5)(a), jew f'konnessjoni ma' restrizzjoni proposta, kif speċifikat fl-Artikolu 69(6)(b). L-Aġenzija għandha tfassal linji gwida għall-preparazzjoni ta' l-SEAs. Il-preżentazzjoni ta' SEAs, jew ta' kontributi għalihom, għandha ssir fil-format speċifikat mill-Aġenzija konformement ma' l-Artikolu 111. Madankollu, il-livell ta' detall u l-firxa ta' applikazzjoni ta' l-SEA, jew kontributi għalihom għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' l-applikant għal awtorizzazzjoni, jew, fil-każ ta' restrizzjoni proposta, il-parti interessata. L-informazzjoni provduta tista' tindirizza l-impatti soċjo-ekonomiċ fuq kwalunkwe livell. L-SEA tista' tinkludi l-elementi li ġejjin:
—
l-impatt ta' awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda fuq l-applikant(i), jew, fil-każ ta' restrizzjoni proposta, l-impatt fuq l-industrija (per eżempju, manifatturi u importaturi). L-impatt fuq l-atturi l-oħra kollha fil-katina tal-provvista, utenti “downstream” u negozji assoċjati f'termini ta' konsegwenzi kummerċjali bħall-impatt fuq l-investiment, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, spejjeż ta' darba kultant biss u spejjeż operattivi (per eżempju, spejjeż ta' konformità; arranġamenti transitorji, bidliet fi proċessi eżistenti, sistemi ta' rapportar u ta' monitoraġġ' installazzjoni ta' teknoloġija ġdida, eċċ.) b'kont meħud tax-xejriet ġenerali fis-suq u t-teknoloġija.
—
l-impatti ta' awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda, jew restrizzjoni proposta, fuq il-konsumaturi. Per eżempju, il-prezzijiet tal-prodott, bidliet fil-kompożizzjoni jew fil-kwalità jew fil-prestazzjoni ta' prodotti, id-disponibbiltà ta' prodotti, l-għażla tal-konsumatur, kif ukoll l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent sa fejn dawn jinfluwenzaw lill-konsumaturi.
—
l-implikazzjonijiet soċjali ta' awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda, jew ta' restrizzjoni proposta. Per eżempju, is-sigurtà tax-xogħol u ta' l-impjieg.
—
id-disponibbiltà, l-adegwatezza, u l-fattibbiltà teknika ta' sustanzi u/jew teknoloġiji alternattivi, u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħhom, u informazzjoni dwar ir-rati ta', u l-potenzjal għal, bidla teknoloġika fis-settur jew setturi konċernati. Fil-każ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-impatti soċjali u/jew ekonomiċi ta' l-użu ta' kwalunkwe alternattiva disponibbli.
—
l-implikazzjonijiet usa' għall-kummerċ, għall-kompetizzjoni u għall-iżvilupp ekonomiku (b'mod partikolari għall-SMEs u fir-rigward ta' pajjiżi terzi) ta' awtorizzazzjoni mogħtija jew miċħuda, jew ta' restrizzjoni proposta. Dan jista' jinkludi konsiderazzjoni ta' aspetti lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali.
—
fil-każ ta' restrizzjoni proposta, proposti għal miżuri regolatorji jew non-regolatorji oħra li jistgħu jissodisfaw l-għan tar-restrizzjoni proposta (dan għandu jieħu kont ta' leġislazzjoni eżistenti). Dan għandu jinkludi valutazzjoni ta' l-effikaċja u stima ta' l-ispejjeż marbuta ma' miżuri alternattivi ta' l-immaniġġar tar-riskji.
—
fil-każ ta' restrizzjoni proposta jew awtorizzazzjoni miċħuda, il-benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent kif ukoll il-benefiċċji soċjali u ekonomiċ tar-restrizzjoni proposta. Per eżempju, is-saħħa tal-ħaddiema, il-prestazzjoni ambjentali u d-distribuzzjoni ta' dawn il-benefiċċji, per eżempju, ġeografikament, relattivament għal gruppi tal-popolazzjoni.
—
l-SEA tista' wkoll tindirizza kwalunkwe kwistjoni oħra kunsidrata bħala relevanti mill-applikant(i) jew mill-parti interessata.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|