+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
|
Artikolu 6
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. L-Istati Membri għandhom fil-livell ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara u unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b), iħejju mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep ta’ riskju ta’ għargħar, fl-iskala l-aktar adatta għaż-żoni identifikati skond l-Artikolu 5(1).
|
|
Artikolu 6 2
|
2. It-tħejjija ta’ mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep ta’ riskju ta’ għargħar għal żoni identifikati taħt l-Artikolu 5 li huma komuni ma’ Stati Membri oħrajn għandha tkun soġġetta għal skambju minn qabel ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri konċernati.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-mapep tal-periklu ta’ għargħar għandhom ikopru ż-żoni ġeografiċi li jistgħu jiġu mfawra skond ix-xenarji li ġejjin:
|
(a)
|
għargħar b'xenarji ta’ probabbiltà żgħira jew ta’ każijiet estremi;
|
|
(b)
|
għargħar ta’ probabbiltà medja (perijodu probabbli ta’ rikorrenza ≥ 100 sena);
|
|
(ċ)
|
għargħar ta’ probabbiltà kbira, fejn ikun il-każ.
|
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Għal kull xenarju msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jintwerew l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
il-firxa ta’ l-għargħar;
|
|
(b)
|
il-fond ta’ l-ilma jew il-livell ta’ l-ilma skond il-każ;
|
|
(ċ)
|
fejn xieraq, il-veloċità tal-fluss jew il-fluss ta’ l-ilma rilevanti.
|
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Il-mapep tar-riskju ta’ għargħar għandhom juru l-impatti negattivi potenzjali assoċjati ma’ għargħar fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 3 u espressi f’termini ta’ dawn li ġejjin:
|
(a)
|
in-numru indikattiv ta’ abitanti li potenzjalment jiġu affettwati;
|
|
(b)
|
it-tip ta’ attività ekonomika fiż-żona potenzjalment affettwata;
|
|
(ċ)
|
stallazzjonijiet kif imsemmijin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (9) li jistgħu jikkawżaw tniġġis aċċidentali f’każ ta’ għargħar u żoni protetti potenzjalment affettwati identifikati fl-Anness IV(1)(i), (iii) u (v) tad-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(d)
|
informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis li hija utli bħall-indikazzjoni ta’ żoni fejn jista’ jseħħ għargħar b'kontenut kbir ta’ sedimenti trasportati u għargħar bi tkaxkir ta’ materjal u informazzjoni dwar sorsi sinifikanti oħra ta’ tniġġis.
|
|
|
Artikolu 6 6
|
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal żoni kostali fejn jeżisti livell adegwat ta’ protezzjoni, it-tħejjija ta’ mapep ta’ periklu ta’ għargħar għandha tkun limitata għax-xenarju msemmi f’ paragrafu 3(a).
|
|
Artikolu 6 7
|
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għal żoni fejn l-għargħar jiġi minn sorsi ta’ ilma ta’ taħt l-art, it-tħejjija ta’ mapep ta’ periklu ta’ għargħar għandha tkun limitata għax-xenarju deskritt f’ paragrafu 3(a).
|
|
Artikolu 6 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mapep tal-periklu ta’ l-għargħar u l-mapep tar-riskju ta’ l-għargħar jitlestew sat-22 ta’ Diċembru 2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.11.2007 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|