+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
|
Artikolu 7
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Abbażi tal-mapep imsemmija fl-Artikolu 6 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) għaż-żoni identifikati fl-Artikolu 5(1) u ż-żoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b) skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu objettivi adatti għall-maniġġar tar-riskji ta’ għargħar għaż-żoni identifikati taħt l-Artikolu 5(1) u ż-żoni koperti bl-Artikolu 13(1)(b), li jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ l-għargħar għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, u, jekk jitqies xieraq, fuq inizjattivi non-strutturali u/jew fuq it-tnaqqis tal-probabbiltà ta’ għargħar.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jinkludu miżuri li jilħqu l-objettivi stabbiliti skond il-paragrafu 2 u għandhom jinkludu l-komponenti mniżżla fil-Parti A ta’ l-Anness.
Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-ispejjeż u l-benefiċċji, il-firxa ta’ l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija ta’ l-għargħar u ż-żoni bil-potenzjal ta’ żamma ta’ għargħar, bħal pjanuri naturali għall-għargħar, l-objettivi ambjentali ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-maniġġar tal-ħamrija u l-ilma, l-ippjanar ta’ l-ispazju, l-użu ta’ l-art, il-konservazzjoni tan-natura, in-navigazzjoni u l-infrastruttura tal-port.
Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jittrattaw l-aspetti kollha tal-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar u jiffokaw fuq il-prevenzjoni, il-ħarsien, l-istat ta’ tħejjija, inkluż it-tbassir ta’ għargħar u sistemi ta’ twissija minn kmieni u jqisu l-karatteristiċi tal-baċin jew tas-sotto baċin tax-xmara partikolari. Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-prattiki ta’ l-użu sostenibbli ta’ l-art, titjib fiż-żamma ta’ l-ilma kif ukoll l-għargħar ikkontrollat ta’ ċerti żoni f’każ li jseħħ għargħar.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Fl-interess tas-solidarjetà, pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ l-għargħar stabbiliti fi Stat Membru wieħed m’għandhomx jinkludu miżuri li, bil-firxa u l-impatt tagħhom, iżidu b'mod sinifikattiv ir-riskji ta’ għargħar ’il fuq jew ’l isfel f’pajjiżi oħra fl-istess baċin jew sotto-baċin tax-xmara, sakemm dawn il-miżuri ma’ jkunux ġew ikkoordinati u tkun instabet soluzzjoni miftiehma fost l-Istati Membri konċernati fil-qafas ta’ l-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar jitlestew u jiġu ppubblikati sat-22 ta’ Diċembru 2015.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.11.2007 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|