+Artikolu 7 3

Artikolu 7 3

3.   Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jinkludu miżuri li jilħqu l-objettivi stabbiliti skond il-paragrafu 2 u għandhom jinkludu l-komponenti mniżżla fil-Parti A ta’ l-Anness.

Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-ispejjeż u l-benefiċċji, il-firxa ta’ l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija ta’ l-għargħar u ż-żoni bil-potenzjal ta’ żamma ta’ għargħar, bħal pjanuri naturali għall-għargħar, l-objettivi ambjentali ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-maniġġar tal-ħamrija u l-ilma, l-ippjanar ta’ l-ispazju, l-użu ta’ l-art, il-konservazzjoni tan-natura, in-navigazzjoni u l-infrastruttura tal-port.

Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom jittrattaw l-aspetti kollha tal-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar u jiffokaw fuq il-prevenzjoni, il-ħarsien, l-istat ta’ tħejjija, inkluż it-tbassir ta’ għargħar u sistemi ta’ twissija minn kmieni u jqisu l-karatteristiċi tal-baċin jew tas-sotto baċin tax-xmara partikolari. Il-pjanijiet għall-maniġġar tar-riskju ta’ għargħar jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-prattiki ta’ l-użu sostenibbli ta’ l-art, titjib fiż-żamma ta’ l-ilma kif ukoll l-għargħar ikkontrollat ta’ ċerti żoni f’każ li jseħħ għargħar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.11.2007 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.