2. Fil-każ ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li tkun kompletament fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-ħsieb li jsir pjan internazzjonali wieħed ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar, jew sett ta’ pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fejn ma jsirux pjanijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar li jkopru ta’ l-inqas il-partijiet tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jinsabu fit-territorju tagħhom, kemm jista’ jkun ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara.