+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
|
Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Għal distretti ta’ baċin tax-xmara jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li jinsabu kollha kemm huma fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir pjan uniku ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar, jew sett ta’ pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett tal-baċin tax-xmara.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Fil-każ ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li tkun kompletament fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-ħsieb li jsir pjan internazzjonali wieħed ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar, jew sett ta’ pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fejn ma jsirux pjanijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar li jkopru ta’ l-inqas il-partijiet tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jinsabu fit-territorju tagħhom, kemm jista’ jkun ikkoordinati fil-livell tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Fil-każ ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li testendi lil hinn mill-konfini tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproduċu pjan internazzjonali uniku ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar jew sett ta’ pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali; fejn dan ma jistax isir, il-paragrafu 2 għandu japplika għall-partijiet tal-baċin tax-xmara internazzjonali li jinsabu fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu ssupplimentati, fejn meqjus xieraq minn pajjiżi li għandhom sotto baċini kondiviżi, bi pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar aktar dettaljati kkoordinati fil-livell tas-sotto baċini internazzjonali.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Fejn Stat Membru jidentifika kwistjoni li għandha impatt fuq il-maniġġar tar-riskji ta’ għargħar ta’ l-ilmijiet tiegħu u dik il-kwistjoni ma tkunx tista tiġi riżolta minn dak l-Istat Membru, hu jista’ jirrapporta l-kwistjoni lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor konċernat u jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet għar-riżoluzzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha twieġeb għal kwalunkwe rapport jew rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri fi żmien perijodu ta’ sitt xhur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.11.2007 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0060
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|