3. Fil-każ ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li testendi lil hinn mill-konfini tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproduċu pjan internazzjonali uniku ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar jew sett ta’ pjanijiet ta’ maniġġar tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinati fil-livell tad-distrett ta’ baċin tax-xmara internazzjonali; fejn dan ma jistax isir, il-paragrafu 2 għandu japplika għall-partijiet tal-baċin tax-xmara internazzjonali li jinsabu fit-territorju tagħhom.