|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“akkwakultura” tfisser l-attività definita fl-Artikolu 3, paragrafu (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew tas-Sajd ( 3 );
2.
“faċilità miftuħa ta' l-akkwakultura” tfisser faċilità fejn l-akkwakultura titmexxa f'mezz akkwatiku li mhux separat mill-mezz akkwatiku selvaġġ permezz ta' ostakoli li jipprevjenu l-ħarba ta' eżemplari mrobbija jew materjali bijoloġiċi li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
3.
“Faċilità magħluqa tal-akkwakultura” tfisser faċilità fuq l-art:
(a)
fejn:
(i)
l-akkwakultura ssir f’ambjent akkwatiku li jinvolvi riċirkolazzjoni tal-ilma; u
(ii)
it-tnixxijiet ma jkunu konnessi bl-ebda mod mal-ilmijiet miftuħa qabel ma jiġu mgħarbula u iffiltrati jew ipperkolati u ttrattati għall-prevenzjoni tar-rilaxx tal-iskart solidu fl-ambjent akkwatiku u tal-ħrib mill-faċilità ta’ speċi kkoltivati u speċi mhux fil-mira li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
(b)
u li:
(i)
tipprevjeni t-telf ta’ eżemplari mrobbija jew speċi mhux fil-mira u materjal bijoloġiku ieħor, inklużi patoġeni, minħabba fatturi, bħal predaturi (eż. għasafar) u għargħar (eż. il-faċilità trid tkun f’distanza sikura ‘l bogħod mill-ilmijiet miftuħa wara li ssir valutazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti);
(ii)
tipprevjeni b’mod raġonevoli t-telf ta’ eżemplari mrobbija jew speċi mhux fil-mira u materjal bijoloġiku ieħor, inklużi l-patoġeni, minħabba serq jew vandaliżmu; u
(iii)
tiżgura rimi xieraq tal-organiżmi mejtin;
4.
“organiżmi akkwatiċi” tfisser kwalunkwe speċi li tgħix fl-ilma li tagħmel parti mir-Renji ta' l-Animalia, il-Plantae u l-Protista, li jinkludu kwalunkwe parti, gameti, żrieragħ, bajd jew propaguli ta' l-individwi tagħhom li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
5.
“Organiżmi poliplojdi” tfisser organiżmi tetraplojdi indotti artifiċjalment (4N). Dawn huma organiżmi akkwatiċi li fihom in-numru ta' kromożomi fiċ-ċelloli ġie rduppjat permezz ta' tekniki ta' manipulazzjoni taċ-ċelloli;
6.
“speċi aljena” tfisser:
(a)
speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li jinsab barra mill-firxa naturali magħrufa tiegħu u miż-żona tal-potenzjal ta' tixrid naturali tagħhom;
(b)
organiżmi poliplojdi, u speċi fertili artifiċjalment ibridizzati irrispettivament mill-firxa naturali jew il-potenzjal ta' tixrid tagħhom;
7.
“speċi li ma jinstabux lokalment” tfisser speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li ma jinstabx lokalment minn żona fi ħdan il-firxa naturali ta' distribuzzjoni tagħha għal raġunijiet bijoġeografiċi;
8.
“speċi mhux fil-mira” tfisser kwalunkwe speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li x'aktarx li jkun ta' detriment għall-ambjent akkwatiku li jiġi mċaqlaq aċċidentalment flimkien ma organiżmu akkwatiku li qed jiġi introdott jew traslokat li ma jinkludix organizmi li jikkawżaw il-mard li huma koperti mid-Direttiva 2006/88/KE;
9.
“ċaqliq” tfisser introduzzjoni u/jew traslokazzjoni;
10.
“introduzzjoni” tfisser il-proċess li bih speċi aljena tiġi mċaqilqa intenzjonalment għal ambjent barra mill-firxa naturali tagħha sabiex tintuża fl-akkwakultura;
11.
“traslokazzjoni” tfisser il-proċess li bih speċi li ma tinstabx lokalment jiġi mċaqlaq intenzjonalment fi ħdan il-firxa naturali tiegħu sabiex jintuża fl-akkwakultura għal żona fejn ma kienx jeżisti qabel minħabba raġunijiet bijoġeografiċi;
12.
“rilaxx pilota” tfisser l-introduzzjoni ta' speċi aljeni jew it-traslokazzjoni ta' speċi li ma tinstabx lokalment fuq skala limitata għal valutazzjoni ta' l-interazzjoni ekoloġika ma' speċi indiġeni u ħabitats sabiex jiġu ttestjati l-assunzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju;
13.
“applikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità li tipproponi li tmexxi l-introduzzjoni jew it-traslokazzjoni ta' organiżmu akkwatiku;
14.
“kwarantina” tfisser proċess li bih organiżmi akkwatiċi u kwalunkwe wieħed mill-organiżmi assoċjati tagħhom jistgħu jinżammu f'iżolament totali mill-ambjent cirkostanti;
15.
“faċilità ta' kwarantina” tfisser faċilità li fiha organiżmi akkwatiċi u kwalunkwe wieħed mill-organiżmi assoċjati tagħhom jistgħu jinżammu f'iżolament totali mill-ambjent ċirkostanti;
16.
“ċaqliq ta’ rutina” tfisser iċ-ċaqliq ta’ organiżmi akkwatiċi minn sors li jkollu riskju baxx ta’ trasferiment ta’ speċi mhux fil-mira u li, minħabba l-karatteristiċi tal-organiżmi akkwatiċi u/jew il-metodu ta’ akkwakultura li se jintuża, ma jagħtix lok għal effetti ekoloġiċi negattivi;
17.
“ċaqliq mhux ta' rutina” jfisser kwalunkwe ċaqliq ta' organiżmi akkwatiċi li ma jissodisfax il-kriterji għal ċaqliq ta' rutina;
18.
“Stat Membru riċeventi” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi introdotta l-ispeċi aljena jew li fih tiġi ttraslokata l-ispeċi li ma tinstabx lokalment;
19.
“Stat Membru mittenti” tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu tiġi introdotta l-ispeċi aljena jew li minnu tiġi ttraslokata l-ispeċi li ma tinstabx lokalment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|