+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 ►M25.
------+Artikolu 2 6.
------+Artikolu 2 7.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas li jirregola l-prassi fl-akkwakultura fir-rigward ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment sabiex jiġi evalwat u mnaqqas kemm jista' jkun l-impatt possibbli ta' dawn u kwalunkwe speċi assoċjata mhux fil-mira fuq il-ħabitats akkwatiċi u b'dan il-mod jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur.
|
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
|
Kamp ta' applikazzjoni
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“akkwakultura” tfisser l-attività definita fl-Artikolu 3, paragrafu (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew tas-Sajd (
3
);
2.
“faċilità miftuħa ta' l-akkwakultura” tfisser faċilità fejn l-akkwakultura titmexxa f'mezz akkwatiku li mhux separat mill-mezz akkwatiku selvaġġ permezz ta' ostakoli li jipprevjenu l-ħarba ta' eżemplari mrobbija jew materjali bijoloġiċi li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
▼M2
3.
“Faċilità magħluqa tal-akkwakultura” tfisser faċilità fuq l-art:
(a)
fejn:
(i)
l-akkwakultura ssir f’ambjent akkwatiku li jinvolvi riċirkolazzjoni tal-ilma; u
(ii)
it-tnixxijiet ma jkunu konnessi bl-ebda mod mal-ilmijiet miftuħa qabel ma jiġu mgħarbula u iffiltrati jew ipperkolati u ttrattati għall-prevenzjoni tar-rilaxx tal-iskart solidu fl-ambjent akkwatiku u tal-ħrib mill-faċilità ta’ speċi kkoltivati u speċi mhux fil-mira li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
(b)
u li:
(i)
tipprevjeni t-telf ta’ eżemplari mrobbija jew speċi mhux fil-mira u materjal bijoloġiku ieħor, inklużi patoġeni, minħabba fatturi, bħal predaturi (eż. għasafar) u għargħar (eż. il-faċilità trid tkun f’distanza sikura ‘l bogħod mill-ilmijiet miftuħa wara li ssir valutazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti);
(ii)
tipprevjeni b’mod raġonevoli t-telf ta’ eżemplari mrobbija jew speċi mhux fil-mira u materjal bijoloġiku ieħor, inklużi l-patoġeni, minħabba serq jew vandaliżmu; u
(iii)
tiżgura rimi xieraq tal-organiżmi mejtin;
▼B
4.
“organiżmi akkwatiċi” tfisser kwalunkwe speċi li tgħix fl-ilma li tagħmel parti mir-Renji ta' l-Animalia, il-Plantae u l-Protista, li jinkludu kwalunkwe parti, gameti, żrieragħ, bajd jew propaguli ta' l-individwi tagħhom li jistgħu jibqgħu ħajjin u sussegwentement jirriproduċu;
5.
“Organiżmi poliplojdi” tfisser organiżmi tetraplojdi indotti artifiċjalment (4N). Dawn huma organiżmi akkwatiċi li fihom in-numru ta' kromożomi fiċ-ċelloli ġie rduppjat permezz ta' tekniki ta' manipulazzjoni taċ-ċelloli;
6.
“speċi aljena” tfisser:
(a)
speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li jinsab barra mill-firxa naturali magħrufa tiegħu u miż-żona tal-potenzjal ta' tixrid naturali tagħhom;
(b)
organiżmi poliplojdi, u speċi fertili artifiċjalment ibridizzati irrispettivament mill-firxa naturali jew il-potenzjal ta' tixrid tagħhom;
7.
“speċi li ma jinstabux lokalment” tfisser speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li ma jinstabx lokalment minn żona fi ħdan il-firxa naturali ta' distribuzzjoni tagħha għal raġunijiet bijoġeografiċi;
8.
“speċi mhux fil-mira” tfisser kwalunkwe speċi jew sottospeċi ta' organiżmu akkwatiku li x'aktarx li jkun ta' detriment għall-ambjent akkwatiku li jiġi mċaqlaq aċċidentalment flimkien ma organiżmu akkwatiku li qed jiġi introdott jew traslokat li ma jinkludix organizmi li jikkawżaw il-mard li huma koperti mid-Direttiva 2006/88/KE;
9.
“ċaqliq” tfisser introduzzjoni u/jew traslokazzjoni;
10.
“introduzzjoni” tfisser il-proċess li bih speċi aljena tiġi mċaqilqa intenzjonalment għal ambjent barra mill-firxa naturali tagħha sabiex tintuża fl-akkwakultura;
11.
“traslokazzjoni” tfisser il-proċess li bih speċi li ma tinstabx lokalment jiġi mċaqlaq intenzjonalment fi ħdan il-firxa naturali tiegħu sabiex jintuża fl-akkwakultura għal żona fejn ma kienx jeżisti qabel minħabba raġunijiet bijoġeografiċi;
12.
“rilaxx pilota” tfisser l-introduzzjoni ta' speċi aljeni jew it-traslokazzjoni ta' speċi li ma tinstabx lokalment fuq skala limitata għal valutazzjoni ta' l-interazzjoni ekoloġika ma' speċi indiġeni u ħabitats sabiex jiġu ttestjati l-assunzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju;
13.
“applikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità li tipproponi li tmexxi l-introduzzjoni jew it-traslokazzjoni ta' organiżmu akkwatiku;
14.
“kwarantina” tfisser proċess li bih organiżmi akkwatiċi u kwalunkwe wieħed mill-organiżmi assoċjati tagħhom jistgħu jinżammu f'iżolament totali mill-ambjent cirkostanti;
15.
“faċilità ta' kwarantina” tfisser faċilità li fiha organiżmi akkwatiċi u kwalunkwe wieħed mill-organiżmi assoċjati tagħhom jistgħu jinżammu f'iżolament totali mill-ambjent ċirkostanti;
▼M2
16.
“ċaqliq ta’ rutina” tfisser iċ-ċaqliq ta’ organiżmi akkwatiċi minn sors li jkollu riskju baxx ta’ trasferiment ta’ speċi mhux fil-mira u li, minħabba l-karatteristiċi tal-organiżmi akkwatiċi u/jew il-metodu ta’ akkwakultura li se jintuża, ma jagħtix lok għal effetti ekoloġiċi negattivi;
▼B
17.
“ċaqliq mhux ta' rutina” jfisser kwalunkwe ċaqliq ta' organiżmi akkwatiċi li ma jissodisfax il-kriterji għal ċaqliq ta' rutina;
18.
“Stat Membru riċeventi” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tiġi introdotta l-ispeċi aljena jew li fih tiġi ttraslokata l-ispeċi li ma tinstabx lokalment;
19.
“Stat Membru mittenti” tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu tiġi introdotta l-ispeċi aljena jew li minnu tiġi ttraslokata l-ispeċi li ma tinstabx lokalment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007R0708
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|