|
+Artikolu 6 Kriterji ta’ valutazzjoni ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. ---+Article 6 5. |
Artikolu 6 Kriterji ta’ valutazzjoniArtikolu 6 Kriterji ta’ valutazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 5 fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, skond il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III. 2. Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. Dak il-kejl fiss jista’ jiżdied b’metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi provduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni fl-ispazju tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. 3. Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mill-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk l-inkwinanti, tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl fiss u metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. 4. Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mil-limitu baxx ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, l-użu ta’ metodi tekniċi ta’ mudellar jew ta’ metodi tekniċi ta’ valutazzjoni ta’ l-objettiv jew it-tnejn huwa biżżejjed sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. 5. Barra mill-valutazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kejl għandu jsiru f’postijiet rurali bi sfond lil hinn minn sorsi sinifikanti tat-tniġġis ta’ l-arja, bl-iskop li jipprovdi, bħala minimu, informazzjoni dwar il-massa tal-konċentrazzjoni totali u l-konċentrazzjonijiet tal-formazzjoni kimika ta’ materja partikulata fina (PM2,5) fuq il-bażi ta’ medja annwali u għandu jsir bl-użu tal-kriterji li ġejjin: (a) punt wieħed ta’ kampjunament għandu jkun installat kull 100 000 km2; (b) kull Stat Membru għandu jistabbilixxi ta’ l-anqas stazzjon wieħed tal-kejl jew jista’, bi ftehim ma’ Stati Membri ġirien, jistabbilixxi stazzjon ta’ kejl wieħed jew aktar, li jkopru żoni rilevanti tal-viċinat, sabiex tinkiseb ir-riżoluzzjoni ġeografika meħtieġa; (ċ) fejn ikun il-każ, il-monitoraġġ għandu jkun koordinat mal-programm ta’ l-istrateġija ta’ monitoraġġ u ta’ kejl tal-Programm Koperattiv għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni fuq Distanza Twila ta’ Sustanzi li Jniġġsu fl-Arja fl-Ewropa (EMEP); (d) It-Taqsima A u Ċ ta’ l-Anness I għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-objettivi tal-kwalità tad-data għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-partikuli u l-Anness IV għandu japplika kollu kemm hu. L-Istati Membri għandhom jinformaw ukoll lill-Kummissjoni bil-metodi ta’ kejl użati fil-kejl tal-kompożizzjoni kimika ta’ materja partikulata fina (PM2,5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|