|
+Artikolu 28 Miżuri ta’ implimentazzjoni ---+Article 28 1. ---+Article 28 2. ---+Article 28 3. ---+Article 28 4. |
Artikolu 28 Miżuri ta’ implimentazzjoniArtikolu 28 Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-Annessi I sa VI, l-Annessi VIII sa X u l-Anness XV, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(3). Madankollu, l-emendi jista’ ma jkollhomx l-effett li jimmodifikaw direttament jew indirettament dan li ġej: (a) il-valuri ta’ limitu, il-miri ta’ tnaqqis ta’ l-espożizzjoni, il-livelli kritiċi, il-valuri mmirati, il-limiti ta’ informazzjoni jew ta’ allert jew l-objettivi għal perijodu fit-tul speċifikat fl-Anness VII u l-Annessi XI sa XIV; (b) id-dati għal konformità ma’ kwalunkwe parametru msemmi fil-punt (a). 2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(2), tiddetermina l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 27 kif ukoll il-perijodi ta’ żmien li fihom tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata. Il-Kummissjoni għandha wkoll tidentifika modi għas-simplifikazzjoni tal-metodu ta’ rappurtar tad-data u ta’ l-iskambju reċiproku ta’ l-informazzjoni u d-data min-networks u l-istazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġis ta’ l-arja ta’ l-ambjent fl-Istati Membri, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(2). 3. Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-ftehim dwar l-istabbiliment ta’ stazzjonijiet tal-kejl komuni kif imsemmi fl-Artikolu 6(5). 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar il-prova ta’ ekwivalenza msemmija fit-Taqsima B ta’ l-Anness VI. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|