+KAPITOLU VI KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
---+Artikolu 29 Kumitat
------+Article 29 1.
------+Article 29 2.
------+Article 29 3.
---+Artikolu 30 Pieni
---+Artikolu 31 Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali
------+Article 31 1.
------+Article 31 2.
------+Article 31 3.
------+Article 31 4.
---+Artikolu 32 Reviżjoni
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
------+Article 32 3.
---+Artikolu 33 Traspożizzjoni
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
------+Article 33 3.
---+Artikolu 34 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 35 Indirizzati
|
KAPITOLU VI KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
KAPITOLU VI KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 Kumitat
|
Artikolu 29 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, “il-Kumitat dwar il-Kwalità ta’ l-Arja fl-Ambjent”. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit mill-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
|
|
Artikolu 30 Pieni
|
Artikolu 30 Pieni L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 31 Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali
|
Artikolu 31 Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali 1. Id-Direttivi 96/62/KE, 1999/30/KE, 2000/69/KE u 2002/3/KE għandhom b’dan jiġu imħassra b’effett mill-11 ta’ Ġunju 2010, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-Direttivi. Madankollu, mill-11 ta’ Ġunju 2008, għandu japplika dan li ġej:
(a) fid-Direttiva 96/62/KE, paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-arranġamenti dettaljati għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi provduta skond l-Artikolu 11 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3;”
(b) fid-Direttiva 1999/30/KE, Artikolu 7(7), nota tal-qiegħ 1 f’punt I ta’ l-Anness VIII u punt VI ta’ l-Anness IX għandhom jiġu mħassra;
(ċ) fid-Direttiva 2000/69/KE, Artikolu 5(7) u punt III fl-Anness VII għandhom jiġu mħassra;
(d) fid-Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 9(5) u punt II fl-Anness VIII għandhom jiġu mħassra.
2. Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Artikoli li ġejjin għandhom jibqgħu fis-seħħ:
(a) l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/62/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010;
(b) l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE u l-Artikolu 10(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2002/3/KE sa l-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ din id-Direttiva;
(ċ) l-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 1999/30/KE sal-31 ta’ Diċembru 2009.
3. Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom ikunu interpretati bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjonijiet li tinsab fl-Anness XVII. 4. Id-Deċiżjoni 97/101/KE għandha tiġi mħassra b’effett mill-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ din id-Direttiva. Madankollu, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiżi ta’ l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 97/101/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mill-11 ta’ Ġunju 2008.
|
|
Artikolu 32 Reviżjoni
|
Artikolu 32 Reviżjoni 1. Fl-2013, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet relatati ma’ PM2,5 u, skond kif ikun il-każ, sustanzi oħra ta’ tniġġis u għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fir-rigward tal-PM2,5, ir-reviżjoni għandha ssir bil-ħsieb li tistabbilixxi obbligu ta’ tnaqqis ta’ l-espożizzjoni nazzjonali sabiex tissostitwixxi il-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni u biex tirrevedi l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stabbilit fl-Artikolu 15, b’kont meħud, inter alia, ta’ l-elementi li ġejjin:
— l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti mid-WHO u organizzazzjonijiet rilevanti oħra,
— sitwazzjonijiet tal-kwalità ta’ l-arja u u tal-potenzjali għat-tnaqqis fl-Istati Membri,
— ir-reviżjoni tad-Direttiva 2001/81/KE,
— il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri Komunitarji għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu ta’ l-arja.
2. Il-Kummissjoni għandha tqis il-fattibilità li tadotta valur ta’ limitu iżjed ambizzjuż ta’ PM2,5, għandha tirrevedi l-valur ta’ limitu indikattiv tat-tieni stadju għall-PM2,5 u tikkunsidra jekk tikkonfermax jew tibdilx dak il-valur. 3. Bħala parti mir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara wkoll rapport dwar l-esperjenza u n-neċessità tal-monitoraġġ tal-PM10 u l-PM2,5, b’kont meħud tal-progress tekniku f’sistemi ta’ kejl awtomatiċi. Fejn ikun il-każ, għandhom jiġu proposti metodi ġodda ta’ referenza għall-kejl tal-PM10 u l-PM2,5.
|
|
Artikolu 33 Traspożizzjoni
|
Artikolu 33 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel il-11 ta’ Ġunju 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li numru suffiċjenti ta’ stazzjonijiet PM2,5 f’ambjent bi sfond urban meħtieġa għall-kalkolu ta’ l-Indikatur ta’ l-Espożizzjoni medja, skond it-Taqsima B ta’ l-Anness V, ikun stabbilit mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, sabiex jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u l-kondizzjonijiet indikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness XIV. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 34 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 34 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 35 Indirizzati
|
Artikolu 35 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0050
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|