+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 24 Adattamenti tekniċi
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
---+Artikolu 25 Kumitat Regolatorju
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
---+Artikolu 26 Traspożizzjoni
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
------+Article 26 3.
---+Artikolu 27 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 28 Destinatarji

KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 Adattamenti tekniċi

Artikolu 24

Adattamenti tekniċi

1.  L-Annessi III, IV u V jistgħu jiġu emendati fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), b’kont meħud tal-perijodi għar-reviżjoni u l-aġġornament ta’ l-Istrateġiji Marini stabbiliti fl-Artikolu 17(2).

2.  Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2),

(a) jistgħu jiġu adottati standards metodoloġiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Annessi I, III, IV u V;

(b) jistgħu jiġu adottati formati tekniċi għall-finijiet tat-trasmissjoni u ta’ l-ipproċessar ta’ data, inkluża data statistika u kartografika.

Artikolu 25 Kumitat Regolatorju

Artikolu 25

Kumitat Regolatorju

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 26 Traspożizzjoni

Artikolu 26

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Lulju 2010. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri li m’għandhomx ilmijiet marini għandhom idaħħlu fis-seħħ biss dawk il-miżuri li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti taħt l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7.

Fejn tali miżuri jkunu diġà qegħdin fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 27 Dħul fis-seħħ

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28 Destinatarji

Artikolu 28

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.