|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I Deskritturi kwalitattivi għad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb (imsemmija fl-Artikoli 3(5), 9(1), 9(3) u 24) (1) Id-diversità bijoloġika hija miżmuma. Il-kwalità u l-preżenza tal-habitats u d-distribuzzjoni u l-abbundanza ta’ l-ispeċi huma konformi mal-kondizzjonijiet fisjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi prevalenti. (2) Speċji mhux indiġeni introdotti minn attivitajiet umani huma f’livelli li ma jbiddlux negattivament l-ekosistemi. (3) Il-popolazzjonijiet tal-ħut u krostaċej kollha sfruttati kummerċjalment jinsabu f’limiti bijoloġiċi siguri, filwaqt li jippreżentaw distribuzzjoni tal-popolazzjoni fuq il-bażi ta’ l-età u tad-daqs li tindika stokk b’saħħtu. (4) L-elementi kollha tas-sistemi marini ta’ l-ikel, sa fejn huma magħrufa, jeżistu f’abbundanza u f’diversità normali u f’livelli li huma kapaċi jiżguraw l-abbundanza ta’ l-ispeċi fuq perjodu twil ta’ żmien u ż-żamma tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom. (5) L-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem hi minimizzata, speċjalment l-effetti ħżiena tagħha, bħat-telf fil-bijodiversità, id-degradazzjoni ta’ l-ekosistema, il-proliferazzjoni ta’ algi dannużi, u n-nuqqas ta’ ossiġnu fl-ilmijiet tal-qiegħ. (6) L-integrità ta’ qiegħ il-baħar tkun f’livell li jiżgura li l-istruttura u il-funzjonijiet ta’ l-ekosistemi huma salvagwardati u l-ekosistemi tal-flora u l-fawna ta’ qiegħ il-baħar, b’mod partikolari, ma jiġux milquta ħażin. (7) L-alterazzjoni permanenti tal-kondizzjonijiet idrografiċi ma tolqotx ħażin l-ekosistemi marittimi. (8) Il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma f’livelli li ma jwasslux għal effetti ta’ tniġġis. (9) Il-kontaminanti f’ħut u f’ikel tal-baħar ieħor għall-konsum tal-bniedem ma jeċċedux livelli stabbiliti mil-leġislazzjoni Komunitarja jew standards rilevanti oħra. (10) Il-proprjetajiet u l-kwantitajiet ta’ rifjuti marini ma jikkawżawx dannu għall-ambjent kostali u marin. (11) L-introduzzjoni ta’ l-enerġija, inkluż storbju ta’ taħt il-baħar, hija f’livelli li ma jolqtux ħażin l-ambjent marin. Sabiex jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ status ambjentali tajjeb f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu kif previst fl-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kull wieħed mid-deskritturi kwalitattivi elenkati f’dan l-Anness sabiex jidentifikaw dawk id-deskritturi li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb għal dak ir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu. Meta Stat Membru jikkunsidra li ma jkunx il-każ li jintuża xi wieħed jew diversi minn dawk id-deskritturi, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika li ssir skond l-Artikolu 9(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|