|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra:
(a)
ilmijiet mormija;
(b)
prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f’impjant ta’ bijogass jew ta’ kompostaġġ;
(ċ)
karkassi ta’ annimali li mietu mhux għax inqatlu għall-ikel, inkluż annimali maqtula għall-qerda ta’ mard epiżootiku, u li jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002;
(d)
skart li jirriżulta mit-tiftix, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħżin ta’ riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri kopert mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni ( 2 );
(e)
sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjal ta’ għalf kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom dawn il-prodotti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|