+Artikolu 2 Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.

Artikolu 2 Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

▼M6

(a) 

effluwenti gassużi emessi fl-atmosfera u diossidu tal-karbonju maqbud u ttrasportat għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku u maħżun ġeoloġikament f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(b) 

art (in situ) inkluża ħamrija kontaminata mhux skavata u bini konness ma’ l-art b’mod permanenti ma’ l-art;

(ċ) 

ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jirriżulta b’mod naturali skavat waqt attivitajiet ta’ kostruzzjoni fejn huwa ċert li l-materjal ser jintuża għal finijiet ta’ kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fuq is-sit li minnu kien skavat;

(d) 

skart radjuattiv;

(e) 

splussivi li m’għadhomx attivi;

(f) 

demel, jekk mhux kopert mill-paragrafu 2(b), tiben u materjal naturali ieħor agrikolu jew tal-forestrija li mhux perikoluż użat fil-produzzjoni agrikola, fil-forestrija jew għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa permezz ta’ proċessi jew metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew li ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 2 2.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra:

(a) 

ilmijiet mormija;

(b) 

prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f’impjant ta’ bijogass jew ta’ kompostaġġ;

(ċ) 

karkassi ta’ annimali li mietu mhux għax inqatlu għall-ikel, inkluż annimali maqtula għall-qerda ta’ mard epiżootiku, u li jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d) 

skart li jirriżulta mit-tiftix, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħżin ta’ riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri kopert mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni ( 2 );

▼M4

(e) 

sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjal ta’ għalf kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom dawn il-prodotti.

▼B

Artikolu 2 3.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, is-sedimenti li jerġgħu jitpoġġew taħt wiċċ l-ilma bil-għan li jiġu mmaniġġati l-ilmijiet u l-passaġġi ta’ l-ilma jew li jevitaw l-għargħar jew inaqqsu l-effetti ta’ l-għargħar jew tan-nixfiet jew riklamazzjoni ta’ l-art għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk jiġi ppruvat li s-sedimenti mhumiex perikolużi.
Artikolu 2 4.
Jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ Direttivi individwali regoli speċifiċi għal sitwazzjonijiet partikolari, jew li jissupplimentaw dawk ta’ din id-Direttiva, dwar l-immaniġġar ta’ kategoriji partikolari ta’ skart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.