|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp tal-kriterji nazzjonali għat-tmiem tal-istadju tal-iskart fl-Istati Membri, u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji madwar l-Unjoni kollha abbażi ta’ dan. Għal dan l-għan, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart. Dawk il-kriterji dettaljati għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u jiffaċilitaw l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. Huma għandhom jinkludu:
(a)
skart awtorizzat biex jintuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru;
(b)
tekniki u proċessi ta’ trattament permessi
(c)
kriterji ta’ kwalità għal materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ rkupru skont l-istandards applikabbli tal-prodotti inklużi l-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu fejn ikun meħtieġ;
(d)
rekwiżiti għal sistema ta’ mmaniġġjar biex tintwera l-konformità mal-kriterji tat-tmiem tal-istadju tal-iskart, inkluż għall-kontroll tal-kwalità, l-awtomonitoraġġ u l-akkreditazzjoni, fejn ikun xieraq; u
(e)
rekwiżit ta’ dikjarazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji rilevanti stabbiliti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 u għandha tieħu bħala punt tat-tluq l-iktar kriterji stretti u ta’ protezzjoni ambjentali minn fost dawk il-kriterji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|