+Artikolu 6 Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn riċiklaġġ jew operazzjoni ta’ rkupru oħra jitqies li m’għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sustanza jew l-oġġett ikunu se jintużaw għal skopijiet speċifiċi;
▼B
(b)
ikun jeżisti suq jew tkun teżisti domanda għal tali sustanza jew oġġett;
(ċ)
is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskopijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) u jissodisfa l-leġiżlazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti; u
(d)
l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp tal-kriterji nazzjonali għat-tmiem tal-istadju tal-iskart fl-Istati Membri, u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji madwar l-Unjoni kollha abbażi ta’ dan. Għal dan l-għan, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart. Dawk il-kriterji dettaljati għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u jiffaċilitaw l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. Huma għandhom jinkludu:
(a)
skart awtorizzat biex jintuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru;
(b)
tekniki u proċessi ta’ trattament permessi
(c)
kriterji ta’ kwalità għal materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ rkupru skont l-istandards applikabbli tal-prodotti inklużi l-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu fejn ikun meħtieġ;
(d)
rekwiżiti għal sistema ta’ mmaniġġjar biex tintwera l-konformità mal-kriterji tat-tmiem tal-istadju tal-iskart, inkluż għall-kontroll tal-kwalità, l-awtomonitoraġġ u l-akkreditazzjoni, fejn ikun xieraq; u
(e)
rekwiżit ta’ dikjarazzjoni tal-konformità.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji rilevanti stabbiliti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 u għandha tieħu bħala punt tat-tluq l-iktar kriterji stretti u ta’ protezzjoni ambjentali minn fost dawk il-kriterji.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart. Dawk il-kriterji dettaljati għandhom iqisu kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem tas-sustanza jew l-oġġett u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kriterji skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti jew fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali skont il-paragrafu 2 jew 3, rispettivament, Stat Membru jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ, jew jieħu miżuri xierqa biex jivverifika, li ċertu skart ma baqax skart abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn ikun hemm bżonn, jirrifletti r-rekwiżiti sitpulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2, u b’kont meħud tal-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem. Tali deċiżjonijiet każ b’każ ma għandhomx għalfejn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/1535. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet każ b’każ u dwar ir-riżultati tal-verifika mill-awtoritajiet kompetenti disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Il-persuna fiżika jew legali li
(a)
tuża, għall-ewwel darba, materjal li ma jkunx baqa’ skart u li ma jkunx tqiegħed fis-suq; jew
(b)
tqiegħed materjal fis-suq għall-ewwel darba wara li ma jibqax skart,
għandha tiżgura li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti skont il-leġislazzjoni relatata mas-sustanzi kimiċi u l-prodotti applikabbli. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-leġislazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-prodotti tapplika għall-materjal li ma baqax skart.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|