+Artikolu 7 Lista ta’ skart
---+Artikolu 7 ►M41.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7 Lista ta’ skart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 ►M41.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi u teżamina mill-ġdid f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, lista ta’ skart. ◄ Il-lista ta’ skart għandha tinkludi skart perikoluż u għandha tieħu kont ta’ l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn jeħtieġ, tal-valuri tal-limiti ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi. Il-lista ta’ skart għandha tkun vinkolanti fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-iskart li għandu jkun ikkunsidrat bħala skart perikoluż. L-inklużjoni ta’ sustanza jew oġġett fil-lista ma għandhiex tfisser li huma skart fiċ-ċirkustanzi kollha. Sustanza jew oġġett għandu jkun ikkunsidrat skart biss meta tiġi sodisfatta d-definizzjoni tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 3.
Artikolu 7 2.
Stat Membru jista’ jikkunsidra l-iskart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jidhirx bħala tali fil-lista ta’ skart, juri waħda jew aktar mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’kull każ bħal dan mingħajr dewmien u jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tiddeċiedi dwar l-adattament tagħha.
Artikolu 7 3.
Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, jista’ jqis dak l-iskart bħala skart mhux perikoluż. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-provi meħtieġa. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.
Artikolu 7 4.
Ir-riklassifikazzjoni ta’ skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m’għandhiex issir permezz ta’ dilwizzjoni jew taħlit ta’ l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż.
Artikolu 7 6.
L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-iskart bħala skart mhux perikoluż skond il-lista ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 7 7.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista ta’ tipi ta’ skart u kwalunkwe reviżjoni ta’ din il-lista jkunu jissodisfaw kif jixraq il-prinċipji ta’ ċarezza, komprensibbiltà u aċċessibbiltà għall-utenti, b’mod partikulari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.