+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Ġerarkija ta’ l-iskart
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 5 Prodotti sekondarji
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 6 Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 7 Lista ta’ skart
------+Artikolu 7 ►M41.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, u permezz tat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu ta’ riżorsi u t-titjib fl-effiċjenza ta’ tali użu, li huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-UE.

Artikolu 2 Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;

(2) 

“skart perikoluż” tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;

▼M4

(2a) 

“skart mhux perikoluż” tfisser skart li mhuwiex kopert mill-punt 2;

(2b) 

“skart muniċipali” tfisser:

(a) 

skart imħallat u skart miġbur b’mod separat mill-unitajiet domestiċi, inklużi karta u kartun, ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, imballaġġ, skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u skart goff, inklużi saqqijiet u għamara;

(b) 

skart imħallat u skart miġbur b’mod separat minn sorsi oħra, meta tali skart ikollu natura u kompożizzjoni simili għall-iskart mill-unitajiet domestiċi;

L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart mill-produzzjoni, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, it-tankijiet settiċi u n-netwerk u t-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jew l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-immaniġġjar tal-iskart bejn l-atturi pubbliċi u dawk privati;

(2c) 

“skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni” tfisser l-iskart iġġenerat mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;

▼B

(3) 

“żjut għar-rimi” tfisser kull lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li m’għadhomx tajbin għall-użu li għalih kienu maħsuba oriġinarjament, bħal żjut użati tal-magna tal-kombustjoni u żjut tal-gearbox, żjut ta’ lubrikazzjoni, żjut għat-turbini u żjut idrawliċi;

▼M4

(4) 

“bijoskart” tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mill-unitajiet domestiċi, mill-uffiċċji, mir-restoranti, mill-kummerċ bl-ingrossa, mill-kantins, mill-fornituri tal-ikel u mill-ħwienet bl-imnut, u skart paragunabbli minn impjanti ta’ pproċessar tal-ikel;

▼M4

(4a) 

“skart tal-ikel” tfisser l-ikel kollu kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) li jkun sar skart;

▼M6

(4b) 

“produttur ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), jew:

(a) 

ikun stabbilit fi Stat Membru u jimmanifattura prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc taħt ismu jew it-trademark tiegħu, jew li jiġu mfassla jew manifatturati u jfornihom għall-ewwel darba taħt ismu jew it-trademark tiegħu, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(b) 

ikun stabbilit fi Stat Membru u jerġa’ jbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, taħt ismu jew it-trademark tiegħu, prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc manifatturati minn operaturi ekonomiċi oħra, li fuqhom ma jidhirx l-isem, il-marka jew it-trademark ta’ tali operaturi ekonomiċi;

(c) 

ikun stabbilit fi Stat Membru u jipprovdi għall-ewwel darba fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fuq bażi professjonali, prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz; jew

(d) 

ibigħ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc permezz ta’ kuntratti mill-bogħod direttament mal-utenti finali, ikunux unitajiet domestiċi privati jew le, fi Stat Membru, u jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

“produttur ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc” ma tinkludix manifatturi, importaturi jew distributuri jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jfornu prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn użati elenkati fl-Anness IVc ivvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid, jew prodotti tat-tessuti, relatati mat-tessuti jew ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc derivati minn dawk il-prodotti użati jew ta’ skart jew il-partijiet tagħhom fis-suq, jew ħajjata li jaħdmu għal rashom li jipproduċu prodotti personalizzati;

(4c) 

“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott tat-tessuti, relatat mat-tessuti jew ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(4d) 

“organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser entità ġuridika li torganizza finanzjarjament, jew finanzjarjament u b’mod operazzjonali, it-twettiq tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi;

(4e) 

“pjattaforma online” tfisser pjattaforma online kif definita fl-Artikolu 3(i) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(4f) 

“fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 11 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(4g) 

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li jkunu barra mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(4h) 

“utent finali” tfisser utent finali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (21), tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(4i) 

“entità tal-ekonomija soċjali” tfisser entità tad-dritt privat li tipprovdi oġġetti jew servizzi u topera f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

in-nies u l-għan soċjali jew ambjentali jiġu qabel il-profitt;

(b) 

l-investiment mill-ġdid tal-profitti u s-surpluses kollha jew tal-biċċa l-kbira minnhom biex ikomplu jsegwu l-iskopijiet soċjali jew ambjentali tagħhom u jwettqu attivitajiet fl-interess tal-membri jew tal-utenti tagħhom jew tas-soċjetà inġenerali; kif ukoll

(c) 

il-governanza demokratika jew parteċipattiva;

(4j) 

“prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ kif definit fl-Artikolu 2(37), tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

▼B

(5) 

“produttur ta’ l-iskart” tfisser kull min l-attivitajiet tiegħu jipproduċu skart (il-produttur oriġinali ta’ l-iskart) jew kull min jagħmel pre-proċessar, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew il-kompożizzjoni ta’ dan l-iskart;

(6) 

“detentur ta’ l-iskart” tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess ta’ l-iskart;

(7) 

“negozjant” tfisser kwalunkwe intrapriża li taġixxi fir-rwol ta’ prinċipal biex tixtri jew sussegwentement tbigħ l-iskart, inkluż tali negozjanti li ma jeħdux pussess fiżiku ta’ l-iskart;

(8) 

“sensar” tfisser kwalunkwe intrapriża li tirranġa l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart f’isem oħrajn, inkluż tali sensara li ma jeħdux il-pussess fiżiku ta’ l-iskart;

▼M4

(9) 

“immaniġġjar tal-iskart” tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru £(inkluża s-separazzjoni) u r-rimi ta’ skart, inklużi s-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;

▼B

(10) 

“ġbir” tfisser il-ġbir ta’ l-iskart, inkluż l-għażla preliminari u l-ħżin preliminari ta’ l-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament ta’ l-iskart;

(11) 

“ġbir separat” tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta’ skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;

(12) 

“prevenzjoni” tfisser miżuri meħuda qabel sustanza, materjal jew prodott ikunu saru skart, li jnaqqsu:

(a) 

il-kwantità ta’ l-iskart, inkluż permezz ta’ l-użu mill-ġdid ta’ prodotti jew l-estensjoni tat-tul ta’ ħajja tal-prodotti;

(b) 

l-impatti negattivi ta’ l-iskart ġenerat fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, jew

▼M4

(c) 

il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi f’materjali u prodotti;

▼B

(13) 

“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;

(14) 

“trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

(15) 

“irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b’mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru;

▼M4

(15a) 

“irkupru ta’ materjal” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, ħlief l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li jkunu se jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija. Dan jinkludi, inter alia, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-radam mill-ġdid;

▼B

(16) 

“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li biha prodotti jew komponenti ta’ prodotti li saru skart jiġu ppreparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;

(17) 

“riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali ta’ l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;

▼M4

(17a) 

“radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux skart, ikun xieraq għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq u jkun limitat għall-ammont meħtieġ strettament sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet;

▼B

(18) 

“riġenerazzjoni ta’ żjut għar-rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ riċiklaġġ li biha jistgħu jiġu prodotti żjut bażiċi bir-raffinar ta’ żjut għar-rimi, partikolarment bit-tneħħija tal-kontaminanti, il-prodotti ta’ ossidazzjoni u l-additivi li jinsabu f’dawn iż-żjut;

(19) 

“rimi” tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta’ sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rimi;

(20) 

“l-aħjar teknika disponibbli” tfisser l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE;

▼M4

(21) 

“skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser sett ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti jġorru r-responsabbiltà finanzjarja jew ir-responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-istatus tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott.

▼B

Artikolu 4 Ġerarkija ta’ l-iskart
Artikolu 5 Prodotti sekondarji
Artikolu 6 Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart
Artikolu 7 Lista ta’ skart

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.