+Artikolu 8 Responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 Responsabbiltà estiża tal-produttur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur. Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta’ prodotti meħudin lura u ta’ l-iskart li jibqa’ wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta’ l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-obbligu li tingħata informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar il-punt sa fejn il-prodott jista’ jiġi wżat mill-ġdid jew riċiklat. Meta tali miżuri jinkludu l-istabbiliment ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ir-rekwiżiti ġenerali minimi stipulati fl-Artikolu 8a għandhom japplikaw. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi ta’ prodotti li jieħdu responsabbiltà finanzjarji jew responsabbiltajiet finanzjarji u organizzattivi għall-immaniġġjar tal-istadju tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott minn jeddhom għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi ġenerali, kollha jew uħud minnhom, stipulati fl-Artikolu 8a.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti u komponenti ta’ prodotti b’mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta’ prodotti li jkunu saru skart iseħħu skont l-Artikoli 4 u 13. Tali miżuri jistgħu jħeġġu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u komponenti ta’ prodotti adattati għal użu multiplu, li jkun fihom materjal riċiklat u li teknikament ikunu durabbli u jistgħu jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart ikunu adattati għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-ġerarkija tal-iskart u, fejn xieraq, il-potenzjal ta’ riċiklaġġ multiplu.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta tiġi applikata r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika u l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u soċjali in ġenerali, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament kif suppost tas-suq intern.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi ta’ skart u prodotti speċifiċi.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti minimi ġenerali stipulati fl-Artikolu 8a. Dan jinkludi, inter alia, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki biex jiġu żgurati governanza xierqa, kooperazzjoni transkonfinali dwar skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, dwar il-karatteristiċi organizzattivi u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produtturi f’isem il-produtturi ta’ prodotti, dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, dwar l-għażla tal-operaturi ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni u tista’ tipprovdi linji gwida dwar dawn l-aspetti u dwar aspetti rilevanti oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar il-kooperazzjoni transkonfinali dwar skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4). Meta meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kriterji bil-ħsieb tal-applikazzjoni uniformi tal-punt (b) tal-Artikolu 8a(4), iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe determinazzjoni preċiża tal-livell tal-kontribuzzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|