|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur. Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta’ prodotti meħudin lura u ta’ l-iskart li jibqa’ wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta’ l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-obbligu li tingħata informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar il-punt sa fejn il-prodott jista’ jiġi wżat mill-ġdid jew riċiklat. Meta tali miżuri jinkludu l-istabbiliment ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ir-rekwiżiti ġenerali minimi stipulati fl-Artikolu 8a għandhom japplikaw. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi ta’ prodotti li jieħdu responsabbiltà finanzjarji jew responsabbiltajiet finanzjarji u organizzattivi għall-immaniġġjar tal-istadju tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott minn jeddhom għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi ġenerali, kollha jew uħud minnhom, stipulati fl-Artikolu 8a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|