|
+Artikolu 8a 4. |
Artikolu 8a 4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur tal-prodott biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur:
(a)
ikopru l-kostijiet li ġejjin, għall-prodotti li l-produttur jqiegħed fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat:
—
il-kostijiet tal-ġbir tal-iskart u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inkluż it-trattament neċessarju biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u l-kostijiet neċessarji sabiex jintlaħqu miri u għanijiet oħra kif msemmija fil-punt (b) tal- paragrafu 1, filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid, mill-bejgħ ta’ materja prima sekondarja mill-prodotti tiegħu u minn imposti relatati mad-depożitu li ma jkunux intalbu;
—
il-kostijiet tal-provvista ta’ informazzjoni xierqa lid-detenturi tal-iskart, skont il-paragrafu 2;
—
il-kostijiet tal-ġbir u r-rappurtar tad-data, skont il-punt (c) tal-paragrafu 1.
Dan il-punt ma japplikax għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont id-Direttiva 2000/53/KE, 2006/66/KE jew 2012/19/UE;
(b)
fil-każ li t-twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, jiġu mmodulati, fejn possibbli, għall-prodotti jew gruppi ta’ prodotti simili, speċifikament billi jitqiesu d-durabbiltà, il-kapaċità ta’ tiswija, ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom, u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi, biex b’hekk jittieħed approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, u fejn disponibbli, ibbażat fuq kriterji armonizzati sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern; u
(c)
ma jaqbżux il-kostijiet li huma meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta’ immaniġġjar tal-iskart b’mod kosteffiċjenti. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati; Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb tal-iskart u l-vijabbiltà ekonomika tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri jistgħu jiddevjaw mill-kondiviżjoni tar-responsabbiltà finanzjarja kif stabbilit fil-punt (a), sakemm:
(i)
fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti skont l-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;
(ii)
fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fl-4 ta’ Lulju 2018 jew wara din id-data, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;
(iii)
fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 50 % tal-kostijiet meħtieġa, u sakemm il-kostijiet li jibqgħu jitħallsu minn produtturi jew distributuri oriġinali tal-iskart. Din id-deroga ma tistax tintuża sabiex jitbaxxa l-proporzjon tal-kostijiet imġarrba mill-produtturi ta’ prodotti skont l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|