+Artikolu 8a Rekwiżiti ġenerali minimi għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 8a 1.
---+Artikolu 8a 2.
---+Artikolu 8a 3.
---+Artikolu 8a 4.
---+Artikolu 8a 5.
---+Artikolu 8a 6.
---+Artikolu 8a 7.
---+Artikolu 8a 8.

Artikolu 8a Rekwiżiti ġenerali minimi għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8a 1.

Meta l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), inklużi skont atti leġislattivi oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha rilevanti involuti, inklużi, l-produtturi ta’ prodotti li jqiegħdu prodotti fis-suq tal-Istat Membru, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligu tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isimhom, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi ta’ użu mill-ġdid u ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

(b) 

f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jiddefinixxu miri ta’ mmaniġġjar tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur kif stipulati f’din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), u jistabbilixxu miri kwantitattivi u/jew objettivi kwalitattivi oħra li huma kkunsidrati rilevanti għall-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;

(c) 

jiżguraw li hemm fis-seħħ sistema ta’ rappurtar biex tiġbor data dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Istat Membru mill-produtturi ta’ prodotti li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur u data dwar il-ġbir u t-trattament ta’ skart li jirriżulta minn dawn il-prodotti, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta’ skart kif ukoll data oħra rilevanti għall-finijiet tal-put (b);

(d) 

jiżguraw it-trattament ekwu tal-produtturi ta’ prodotti irrispettivament mill-oriġini jew id-daqs tagħhom mingħajr ma jitqiegħed piż regolatorju sproporzjonat fuq il-produtturi, inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti.

Artikolu 8a 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati, dwar miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart, ċentri tal-użu mill-ġdid u ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, sistemi ta’ teħid lura u sistemi ta’ ġbir tal-iskart u tal-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi biex id-detenturi tal-iskart jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex iwasslu l-iskart tagħhom fis-sistemi ta’ ġbir separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament, fejn ikun xieraq, permezz ta’ inċentivi jew regolamenti ekonomiċi.
Artikolu 8a 3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull produttur ta’ prodotti jew organizzazzjoni li jimplimentaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi ta’ prodotti:

(a) 

ikollhom kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal mingħajr jillimitaw dawk l-oqsma għal dawk fejn il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart huma l-iktar profittabbli;

(b) 

tipprovdi disponibbiltà adegwata ta’ sistemi tal-ġbir tal-iskart fiż-żoni msemmija fil-punt a;

(c) 

ikollhom l-mezzi finanzjarji jew mezzi finanzjarji u organizzattivi meħtieġa biex jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;

(d) 

jimplimentaw mekkaniżmu xieraq ta’ awtokontroll, appoġġjat, fejn relevanti, minn awditjar indipendenti regolari li jivvaluta:

(i) 

l-immaniġġjar finanzjarju tagħhom, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4;

(ii) 

il-kwalità tad-data miġbura u rrappurtata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

(e) 

jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-ksib tal-miri tal-ġestjoni tal-iskart imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta’ twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ukoll informazzjoni dwar:

(i) 

is-sjieda u l-membri tiegħu;

(ii) 

il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi ta’ prodotti għal kull unità mibjugħa jew għal kull tunnellata ta’ prodott introdott fis-suq; u

(iii) 

il-proċedura ta’ selezzjoni għall-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart.

Artikolu 8a 4.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur tal-prodott biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur:

(a) 

ikopru l-kostijiet li ġejjin, għall-prodotti li l-produttur jqiegħed fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat:

— 
il-kostijiet tal-ġbir tal-iskart u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inkluż it-trattament neċessarju biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u l-kostijiet neċessarji sabiex jintlaħqu miri u għanijiet oħra kif msemmija fil-punt (b) tal- paragrafu 1, filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid, mill-bejgħ ta’ materja prima sekondarja mill-prodotti tiegħu u minn imposti relatati mad-depożitu li ma jkunux intalbu;
— 
il-kostijiet tal-provvista ta’ informazzjoni xierqa lid-detenturi tal-iskart, skont il-paragrafu 2;
— 
il-kostijiet tal-ġbir u r-rappurtar tad-data, skont il-punt (c) tal-paragrafu 1.

Dan il-punt ma japplikax għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont id-Direttiva 2000/53/KE, 2006/66/KE jew 2012/19/UE;

(b) 

fil-każ li t-twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, jiġu mmodulati, fejn possibbli, għall-prodotti jew gruppi ta’ prodotti simili, speċifikament billi jitqiesu d-durabbiltà, il-kapaċità ta’ tiswija, ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom, u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi, biex b’hekk jittieħed approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, u fejn disponibbli, ibbażat fuq kriterji armonizzati sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern; u

(c) 

ma jaqbżux il-kostijiet li huma meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta’ immaniġġjar tal-iskart b’mod kosteffiċjenti. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati;

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb tal-iskart u l-vijabbiltà ekonomika tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri jistgħu jiddevjaw mill-kondiviżjoni tar-responsabbiltà finanzjarja kif stabbilit fil-punt (a), sakemm:

(i) 

fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti skont l-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;

(ii) 

fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fl-4 ta’ Lulju 2018 jew wara din id-data, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;

(iii) 

fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 50 % tal-kostijiet meħtieġa,

u sakemm il-kostijiet li jibqgħu jitħallsu minn produtturi jew distributuri oriġinali tal-iskart.

Din id-deroga ma tistax tintuża sabiex jitbaxxa l-proporzjon tal-kostijiet imġarrba mill-produtturi ta’ prodotti skont l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018.

Artikolu 8a 5.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta’ monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżguraw li l-produtturi ta’ prodotti u organizzazzjonijiet jimplimentaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isemhom, jimplementaw l-obbligi tagħhom ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jirrappurtaw data affidabbli.

Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi ta’ prodotti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar għall-inqas korp wieħed indipendenti minn interessi privati jew jinkariga awtorità pubblika biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur.

Kull Stat Membru għandu jippermetti lill-produtturi ta’ prodotti, stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jqiegħdu prodotti fit-territorju tiegħu, jaħtru persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala rappreżentant awtorizzat sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ produttur relatati ma’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tiegħu.

Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-obbligi tal-produttur tal-prodott fir-rigward tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti, bħal pereżempju r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni, tal-informazzjoni u tar-rappurtar, li għandhom jiġu ssodisfati minn persuna fiżika jew ġuridika sabiex tiġi maħtura bħala rappreżentant awtorizzat fit-territorju tagħhom.

Artikolu 8a 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-produtturi u d-distributuri, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, fejn xieraq, l-atturi tal-ekonomija soċjali, in-netwerks ta’ użu mill-ġdid u ta’ tiswija u l-operaturi ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid.
Artikolu 8a 7.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur li jkunu ġew stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sal-5 ta’ Jannar 2023.

►C3  Għall-batteriji, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), ◄ l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur li ġew stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sat-18 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 8a 8.
L-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-preżervazzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.