+Artikolu 10 Irkupru
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
|
Artikolu 10 Irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru ieħor, skont l-Artikoli 4 u 13.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Meta jkun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 u għall-iffaċilitar u t-titjib tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u operazzjonijiet ta’ rkupru oħrajn, l-iskart għandu jinġabar separatament u m’għandux jitħallat ma’ skart ieħor jew materjali oħra bi proprjetajiet differenti.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 2 bil-kondizzjoni li mill-inqas tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-ġbir ta’ ċerti tipi ta’ skart flimkien ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jgħaddu minn preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew operazzjonijiet ta’ rkupru oħrajn f’konformità mal-Artikolu 4 u jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li jkun ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz ta’ ġbir separat;
(b)
il-ġbir separat ma jagħtix l-aħjar riżultat ambjentali meta wieħed jikkunsidra l-impatt ambjentali globali tal-immaniġġjar tal-flussi tal-iskart rilevanti;
(c)
il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli meta wieħed iqis il-prattiki tajbin tal-ġbir tal-iskart;
(d)
il-ġbir separat ikun jinvolvi kostijiet ekonomiċi sproporzjonati, meta jitqiesu l-kostijiet tal-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tal-ġbir u t-trattament tal-iskart imħallat, il-potenzjal għal titjib fl-effiċjenza fil-ġbir u t-trattament tal-iskart, id-dħul minn bejgħ ta’ materja prima sekondarja kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid regolarment id-derogi skont dan il-paragrafu b’kunsiderazzjoni ta’ prattiki tajbin fi ġbir separat tal-iskart u żviluppi oħra fl-immaniġġjar tal-iskart.
|
|
Artikolu 10 4.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskart li jkun inġabar separatament għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 ma jiġix inċinerat bl-eċċezzjoni ta’ skart li jirriżulta mit-trattament sussegwenti tal-iskart li jinġabar separatament li l-inċinerazzjoni tiegħu tagħti l-aħjar eżitu ambjentali skont l-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Meta jkun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, qabel jew matul l-irkupru, biex jitneħħew sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi minn skart perikoluż bil-ħsieb li dawn jiġu trattati skont l-Artikoli 4 u 13.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-iskart muniċipali u l-iskart bijoloġiku, inkluż fuq il-kopertura materjali u territorjali ta’ ġbir separat u kwalunkwe deroga skont il-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|