+Artikolu 10 3.

Artikolu 10 3.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 2 bil-kondizzjoni li mill-inqas tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-ġbir ta’ ċerti tipi ta’ skart flimkien ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jgħaddu minn preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew operazzjonijiet ta’ rkupru oħrajn f’konformità mal-Artikolu 4 u jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li jkun ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz ta’ ġbir separat;

(b) 

il-ġbir separat ma jagħtix l-aħjar riżultat ambjentali meta wieħed jikkunsidra l-impatt ambjentali globali tal-immaniġġjar tal-flussi tal-iskart rilevanti;

(c) 

il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli meta wieħed iqis il-prattiki tajbin tal-ġbir tal-iskart;

(d) 

il-ġbir separat ikun jinvolvi kostijiet ekonomiċi sproporzjonati, meta jitqiesu l-kostijiet tal-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tal-ġbir u t-trattament tal-iskart imħallat, il-potenzjal għal titjib fl-effiċjenza fil-ġbir u t-trattament tal-iskart, id-dħul minn bejgħ ta’ materja prima sekondarja kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid regolarment id-derogi skont dan il-paragrafu b’kunsiderazzjoni ta’ prattiki tajbin fi ġbir separat tal-iskart u żviluppi oħra fl-immaniġġjar tal-iskart.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.