+Artikolu 11 Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.

Artikolu 11 Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, biex jippromwovu attivitajiet ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u jappoġġjaw netwerks ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid u tiswija, u billi jħaffu, fejn kompatibbli mal-immaniġġjar xieraq tal-iskart, l-aċċess tagħhom għal skart miżmum minn skemi jew faċilitajiet ta’ ġbir li jista’ jiġi ppreparat għal użu mill-ġdid iżda li mhux destinat għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid minn dawk l-iskemi jew faċilitajiet, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta’ strumenti ekonomiċi, kriterji ta’ akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u għal dan il-għan, skont l-Artikolu 10(2) u (3), għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b’mod separat.

Soġġett għall-Artikolu 10(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat tal-inqas għall-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ u, sal-1 ta’ Jannar 2025, għat-tessuti.

Sabiex jikkonformaw mal-objettivi ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura meħtieġa tkun fis-seħħ għall-ġbir separat tal-iskart, inkluż biżżejjed kopertura materjali u territorjali tal-punti ta’ ġbir separat f’konformità mal-Artikolu 28(3), il-punt (cb).

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu d-demolizzjoni selettiva sabiex jippermettu t-tneħħija u t-trattament sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva ta’ materjali, u biex jiżguraw it-twaqqif ta’ sistemi ta’ separazzjoni għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni tal-anqas għal: l-injam, il-frazzjonijiet minerali (konkrit, briks, madum u ċeramika, ġebel), il-metall, il-ħġieġ, il-plastik u l-ġibs.

Artikolu 11 2.

Sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ta’ din id-Direttiva, u biex isir progress lejn ekonomija ċirkolari Ewropea b’livell għoli ta’ effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:

▼B

(a) 

sa l-2020 il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali ta’ skart bħal, ta’ l-inqas, il-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ mid-djar u possibilment minn oriġini oħra safejn dawn il-flussi ta’ skart ikunu simili għall-iskart li ġej mid-djar, għandhom jiżdiedu sa minimu, b’mod ġenerali, ta’ 50 % skond il-piż;

(b) 

sa l-2020, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għal irkupru materjali ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam li jużaw l-iskart biex jissostitwixxu materjali oħra, ta’ skart mhux perikoluż ta’ kostruzzjoni u ta’ twaqqigħ, minbarra l-materjal li jokkorri naturalment li hu definit fil-kategorija 17 05 04 fil-lista ta’ skart għandha tiżdied sa minimu ta’ 70 % skond il-piż;

▼M4

(c) 

sal-2025, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 55 % skont il-piż;

(d) 

sal-2030, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 60 % skont il-piż;

(e) 

sal-2035, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 65 % skont il-piż.

Artikolu 11 3.

Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 2 sa’ massimu ta’ ħames snin bil-kondizzjoni li li dak l-Istat Membru:

(a) 

ipprepara għall-użu mill-ġdid u rriċikla inqas minn 20 % jew rema f’landfills aktar minn 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013 kif rappurtat skont il-Kwestjonarju Konġunt tal-OECD u l-Eurostat; u

(b) 

sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel id-data ta’ skadenza rispettiva stabbilita fil-punt (c), (d) jew (e) tal-paragrafu 2, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza rispettiva u jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IVb.

Artikolu 11 4.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IVb. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.
Artikolu 11 5.

F’każ tal-posponiment tal-kisba tal-miri skont il-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex iżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali:

(a) 

sa minimu ta’ 50 % sal-2025 fil-każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2;

(b) 

għal minimu ta’ 55 % sal-2030 f’każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2;

(c) 

għal minimu ta’ 60 % sal-2035 f’każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2.

Artikolu 11 6.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment tal-miri ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ skart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni u tal-frazzjonijiet speċifiċi għall-materjal tiegħu, skart tat-tessuti, skart kummerċjali, skart industrijali mhux perikoluż u flussi ta’ skart oħra, kif ukoll il-preparazzjoni tal-miri għall-użu mill-ġdid għall-iskart muniċipali u tal-miri tar-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.
Artikolu 11 7.
Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-mira stipulata fil-punt (e) tal-paragrafu 2. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta teknoloġija ta’ koproċessar li tippermetti l-inkorporazzjoni ta’ minerali fil-koinċinerazzjoni ta’ skart muniċipali. Meta tkun tista’ tinstab metodoloġija affidabbli, bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk dawn il-minerali jistgħux jingħaddu lejn il-miri ta’ riċiklaġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.