+Artikolu 21 Żjut għar-rimi
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 Żjut għar-rimi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart perikoluż stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
▼M4
(a)
iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, sakemm il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli, b’kunsiderazzjoni tal-prattiki tajba;
(b)
iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati, billi tingħata prijorità lir-riġenerazzjoni jew inkella lil operazzjonijiet oħra ta’ riċiklaġġ li jwasslu għal riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni, skont l-Artikoli 4 u 13;
(c)
iż-żjut għar-rimi b’karatteristiċi differenti ma jitħalltux u ż-żjut ta’ skart ma jitħalltux ma’ tipi oħra ta’ skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma tħallix ir-riġenerazzjoni tagħhom jew operazzjoni oħra ta’ riċiklaġġ li tagħti riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 21 2.
|
Għall-finijiet tal-ġbir separat ta’ żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar iż-żjut għar-rimi mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 37(4) bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżuri għat-trattament ta’ żjut għar-rimi, inklużi miri kwantitattivi fuq ir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi u kwalunkwe miżura ulterjuri biex tiġi promossa r-riġenerazzjoni taż-żjut ta’ skart. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|