|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart perikoluż stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
(a)
iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, sakemm il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli, b’kunsiderazzjoni tal-prattiki tajba;
(b)
iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati, billi tingħata prijorità lir-riġenerazzjoni jew inkella lil operazzjonijiet oħra ta’ riċiklaġġ li jwasslu għal riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni, skont l-Artikoli 4 u 13;
(c)
iż-żjut għar-rimi b’karatteristiċi differenti ma jitħalltux u ż-żjut ta’ skart ma jitħalltux ma’ tipi oħra ta’ skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma tħallix ir-riġenerazzjoni tagħhom jew operazzjoni oħra ta’ riċiklaġġ li tagħti riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|