+Artikolu 23 Ħruġ ta’ permessi
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23 Ħruġ ta’ permessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li kwalunkwe stabbiliment jew intrapriża li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu trattament ta’ l-iskart jiksbu permess mill-awtorità kompetenti.

Tali permessi għandhom jispeċifikaw ta’ l-inqas dan li ġej:

(a) 

it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart li jista’ jiġi ttrattat;

(b) 

għal kull tip ta’ operazzjoni permessa, ir-rekwiżiti tekniċi u kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti għas-sit ikkonċernat;

(ċ) 

il-miżuri ta’ prekawzjoni u sigurtà li jridu jittieħdu;

(d) 

il-metodu li għandu jintuża għal kull tip ta’ operazzjoni;

(e) 

dawk l-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll skond il-ħtieġa;

(f) 

dawk id-dispożizzjonijiet ta’ għeluq u ta’ kura ta’ wara skond il-ħtieġa.

Artikolu 23 2.
Il-permessi jistgħu jinħarġu għal perijodu speċifiku u jistgħu jkunu tat-tip li jiġġeddu.
Artikolu 23 3.
Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-metodu ta’ trattament maħsub mhuwiex aċċettabbli mill-aspett tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, b’mod partikolari meta l-metodu mhux skond l-Artikolu 13, hija għandha tirrifjuta li toħroġ il-permess.
Artikolu 23 4.
Għandha tkun kondizzjoni ta’ kwalunkwe permess li jkopri l-inċinerazzjoni jew il-ko-inċinerazzjoni ma’ l-irkurpru ta’ l-enerġija, li l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jitwettaq b’livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika.
Artikolu 23 5.
Sakemm ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu ikunu sodisfatti, kwalunkwe permess maħruġ skond leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja oħra jista’ jingħaqad mal-permess meħtieġ taħt il-paragrafu 1 biex jifforma permess wieħed, fejn tali format jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ informazzjoni u r-ripetizzjoni ta’ xogħol mill-operatur jew l-awtorità kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.