+Artikolu 28 Pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 4, 13 u 16, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta’ l-iskart. Dawk il-pjanijiet, weħidhom jew flimkien, għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ l-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda kurrenti ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu għat-titjib fil-preparazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta’ l-iskart u evalwazzjoni ta’ kif il-pjan ser jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu, skond kif ikun xieraq u b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ippjanar, mill-inqas dan li ġej:
(a)
it-tip, il-kwantità u s-sors ta’ l-iskart ġenerat fit-territorju, l-iskart li x’aktarx jiġi ttrasportat minn jew lejn it-territorju nazzjonali, u evalwazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ flussi ta’ skart fil-ġejjieni;
▼M4
(b)
skemi għall-ġbir tal-iskart u impjanti ewlenin għar-rimi u l-irkupru, inklużi xi arranġament speċjali għal żjut għar-rimi, l-iskart perikoluż, l-iskart b’ammonti sinjifikanti ta’ materja prima kritika, jew flussi ta’ skart indirizzati b’leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni;
(c)
valutazzjoni tal-ħtieġa li jingħalqu l-impjanti eżistenti tal-iskart, u l-ħtieġa ta’ infrastruttura ta’ impjanti għall-iskart addizzjonali skont l-Artikolu 16.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li valutazzjoni tal-investimenti u ta’ mezzi finanzjarji oħrajn, inklużi għall-awtoritajiet lokali, meħtieġa biex jiġu sodisfati dawk il-ħtiġijiet tkun twettqet. Din il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;
▼M4
(ca)
informazzjoni dwar il-miżuri biex jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5(3a) tad-Direttiva 1999/31/KE jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;
(cb)
valutazzjoni ta’ skemi eżistenti għall-ġbir tal-iskart, inkluż il-kopertura materjali u territorjali ta’ ġbir separat u miżuri sabiex jittejjeb l-operat tiegħu, ta’ kwalunkwe deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 10(3), u tal-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir;
▼B
(d)
informazzjoni suffiċjenti dwar il-kriterji ta’ lokazzjoni għal identifikazzjoni ta’ siti u dwar il-kapaċità ta’ installazzjonijiet futuri għal rimi jew impjanti prinċipali għal irkupru, skond il-ħtieġa;
(e)
linji politiċi ġenerali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, inklużi teknoloġiji u metodi ppjanati għall-immaniġġar ta’ l-iskart, jew linji politiċi oħra fir-rigward ta’ l-iskart li jġib miegħu problemi speċifiċi ta’ maniġġar;
▼M4
(f)
miżuri biex tiġi miġġielda u evitata kull forma ta’ rimi taż-żibel, u biex jitnaddaf kull tip ta’ żibel mormi;
(g)
indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi xierqa, inkluż fuq il-kwantità ta’ skart iġġenerat u t-trattament tiegħu u fuq l-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.
▼B
|
|
Artikolu 28 4.
|
Il-pjan għall-immaniġġar ta’ l-iskart jista’ jkun fih, b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ppjanar, dan li ġej:
(a)
aspetti organizzattivi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluża deskrizzjoni ta’ l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-atturi pubbliċi u privati li qed iwettqu l-immaniġġar ta’ l-iskart;
(b)
evalwazzjoni ta’ l-utilità u l-idoneità ta’ l-użu ta’ strumenti ekonomiċi u oħrajn fit-trattament ta’ diversi problemi konnessi ma’ l-iskart, b’kont meħud tal-ħtieġa li s-suq intern jibqa’ jopera bla xkiel;
(ċ)
l-użu ta’ kampanji biex titqajjem il-kuxjenza u l-għoti ta’ tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta’ konsumaturi;
(d)
siti għar-rimi ta’ l-iskart li huma storikament kontaminati u miżuri għar-rijabilitazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) u (3) ta’ din id-Direttiva u mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE, u għall-finijiet ta’ prevenzjoni ta’ rimi ta’ skart, mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
22
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|