|
+Artikolu 28 3. |
Artikolu 28 3.Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu, skond kif ikun xieraq u b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ippjanar, mill-inqas dan li ġej:
(a)
it-tip, il-kwantità u s-sors ta’ l-iskart ġenerat fit-territorju, l-iskart li x’aktarx jiġi ttrasportat minn jew lejn it-territorju nazzjonali, u evalwazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ flussi ta’ skart fil-ġejjieni;
(b)
skemi għall-ġbir tal-iskart u impjanti ewlenin għar-rimi u l-irkupru, inklużi xi arranġament speċjali għal żjut għar-rimi, l-iskart perikoluż, l-iskart b’ammonti sinjifikanti ta’ materja prima kritika, jew flussi ta’ skart indirizzati b’leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni;
(c)
valutazzjoni tal-ħtieġa li jingħalqu l-impjanti eżistenti tal-iskart, u l-ħtieġa ta’ infrastruttura ta’ impjanti għall-iskart addizzjonali skont l-Artikolu 16. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li valutazzjoni tal-investimenti u ta’ mezzi finanzjarji oħrajn, inklużi għall-awtoritajiet lokali, meħtieġa biex jiġu sodisfati dawk il-ħtiġijiet tkun twettqet. Din il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;
(ca)
informazzjoni dwar il-miżuri biex jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5(3a) tad-Direttiva 1999/31/KE jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;
(cb)
valutazzjoni ta’ skemi eżistenti għall-ġbir tal-iskart, inkluż il-kopertura materjali u territorjali ta’ ġbir separat u miżuri sabiex jittejjeb l-operat tiegħu, ta’ kwalunkwe deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 10(3), u tal-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir;
(d)
informazzjoni suffiċjenti dwar il-kriterji ta’ lokazzjoni għal identifikazzjoni ta’ siti u dwar il-kapaċità ta’ installazzjonijiet futuri għal rimi jew impjanti prinċipali għal irkupru, skond il-ħtieġa;
(e)
linji politiċi ġenerali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, inklużi teknoloġiji u metodi ppjanati għall-immaniġġar ta’ l-iskart, jew linji politiċi oħra fir-rigward ta’ l-iskart li jġib miegħu problemi speċifiċi ta’ maniġġar;
(f)
miżuri biex tiġi miġġielda u evitata kull forma ta’ rimi taż-żibel, u biex jitnaddaf kull tip ta’ żibel mormi;
(g)
indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi xierqa, inkluż fuq il-kwantità ta’ skart iġġenerat u t-trattament tiegħu u fuq l-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|