+Artikolu 37 Ir-rappurtar
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 5a.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
|
Artikolu 37 Ir-rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3). Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l- Artikolu. L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l- Artikolu.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(2), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ skart użat għall-operazzjonijiet tar-radam mill-ġdid u operazzjonijiet oħra ta’ rkupru ta’ materjal, b’mod separat mill-ammont ta’ skart imħejji għall-użu mill-ġdid jew riċiklat. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart f’materjal li għandu jintuża għall-operazzjonijiet tar-radam mill-ġdid bħala radam mill-ġdid. Għall-finijiet ta’ verifika ta’ konformità mal-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ skart ippreparat għall-użu mill-ġdid b’mod separat mill-ammont ta’ skart riċiklat.
|
|
Artikolu 37 3.
|
►M6
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4) u d-data msemmija fl-Artikolu 22c(12), l-Artikolu 22c(18), il-punt (a), u l-Artikolu 22c(20) u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għal kull sena. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(2) lill-Kummissjoni għal kull sena. ◄
Għandhom jirrappurtaw din id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 37 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, id-data dwar lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li jiġu introdotti fis-suq u ż-żjut għar-rimi miġbura u trattati separatament għal kull sena kalendarja. Huma għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7. L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Id-data rrappurtata mill-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità, kif ukoll minn rapport dwar il-miżuri meħudin skont l-Artikolu 11a(4) u (7), inkluża informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji ta’ telf meta applikabbli. Din id-data trid tiġi rrappurtata fil-format għar-rappurtar stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 37 5a.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti ta’ verifika tal-kwalità relatati mal-Artikolu 9a(2) disponibbli għall-pubbliku, wara li jkunu evalwaw jekk id-divulgazzjoni ddgħajjifx il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
|
|
Artikolu 37 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
|
|
Artikolu 37 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rapportar tad-data msemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. Għall-fini tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2), il-punti (a) u (b), l-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart. Għall-fini ta’ rapportar dwar l-iskart tal-ikel, għandha titqies il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 9a(3) meta jkun qed jiġi żviluppat il-format għar-rapportar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|