+KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 37 Ir-rappurtar
------+Artikolu 37 1.
------+Artikolu 37 2.
------+Artikolu 37 3.
------+Artikolu 37 4.
------+Artikolu 37 5.
------+Artikolu 37 5a.
------+Artikolu 37 6.
------+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 38 Skambju ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.
------+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38a L-eżerċizju tad-delega
------+Artikolu 38a 1.
------+Artikolu 38a 2.
------+Artikolu 38a 3.
------+Artikolu 38a 4.
------+Artikolu 38a 5.
------+Artikolu 38a 6.
---+Artikolu 39 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 39 1.
------+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 40 Traspożizzjoni
------+Artikolu 40 1.
------+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 41 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 41a Reviżjoni
---+Artikolu 42 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 43 Indirizzati

KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 Ir-rappurtar
Artikolu 38 Skambju ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku
Artikolu 38a L-eżerċizju tad-delega
Artikolu 39 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 40 Traspożizzjoni
Artikolu 41 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 41

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-Direttivi 75/439/KEE u 91/689/KEE u 2006/12/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2010.

Madankollu, mit-12 ta’ Diċembru 2008, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 75/439/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  
Il-metodu ta’ referenza ta’ kejl biex jiġi ddeterminat il-kontenut PCB/PCT taż-żejt għar-rimi għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissuplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( *1 ).
(b) 

id-Direttiva 91/689/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i) 

fl-Artikolu 1(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘skart perikoluż’ tfisser:

— 
skart klassifikat bħala skart perikoluż li jinstab fil-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( *2 ) fuq il-bażi ta’ l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskart għandu jkollu wieħed jew iktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Il-lista għandha tikkunsidra l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn ikun meħtieġ, valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( *3 );
— 
kwalunkwe skart ieħor li jkun meqjus minn Stat Membru bħala skart li juri xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u jiġu riveduti bil-għan li tiġi adattata l-lista. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.
(ii) 

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, u biex tiġi riveduta l-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 1(4), imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.”

(ċ) 

id-Direttiva 2006/12/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i) 

fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( *4 ) li fiha l-lista ta’ tipi ta’ skart li jagħmlu parti mill-kategoriji elenkati fl-Anness I ma’ din id-Direttiva. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.
(ii) 

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4).”

(iii) 

fl-Artikolu 18(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

▼M6

Mis-17 ta’ April 2029, l-Artikoli 22a, 22b, 22c u 22d għandhom japplikaw għal intrapriżi li jimpjegaw inqas minn għaxar persuni u li l-fatturat annwali u l-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbżux EUR 2 miljun.

Artikolu 41a Reviżjoni

Artikolu 41a

Reviżjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva u d-Direttiva 1999/31/KE. L-evalwazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tivvaluta wkoll:

(a) 

l-effettività tar-responsabbiltà finanzjarja u organizzazzjonali tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti tat-tessuti, għall-prodotti relatati mat-tessuti u għall-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc stabbilita skont din id-Direttiva biex tkopri l-kostijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, inkluż il-valutazzjoni tal-possibbiltà li tintalab kontribuzzjoni finanzjarja mill-operaturi ta’ użu mill-ġdid kummerċjali, b’mod partikolari dawk akbar;

(b) 

il-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ miri għall-prevenzjoni tal-iskart, il-ġbir, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tat-tessuti mormija;

(c) 

il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ separazzjoni minn qabel ta’ skart muniċipali mħallat biex l-iskart, li jista’ jiġi rkuprat għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, jew ir-riċiklaġġ, ma jitħalliex jintbagħat għall-inċinerazzjoni tal-iskart jew jintrema f’landfills.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn xieraq, mar-rapport għandu jkun hemm proposta leġiżlattiva.

Artikolu 42 Dħul fis-seħħ

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 43 Indirizzati

Artikolu 43

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.