|
+Artikolu 38 1. |
Artikolu 38 1.Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju regolari ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, inkluż, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, dwar l-implimentazzjoni prattika u l-infurzar tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar:
(a)
l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 11a, u l-iżvilupp ta’ miżuri u sistemi li jintraċċaw il-flussi tal-iskart muniċipali mis-separazzjoni sar-riċiklaġġ;
(b)
governanza, infurzar, u kooperazzjoni transkonfinali xierqa;
(c)
l-innovazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart;
(d)
kriterji nazzjonali dwar il-prodotti sekondarji u dwar it-tmiem tal-istadju tal-iskart, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 6(3) u (4), iffaċilitati minn reġistru elettroniku għall-UE kollha li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni;
(e)
l-istrumenti eknomiċi u miżuri oħra użati skont l-Artikolu 4(3) sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-objettivi stabbiliti f’dak l-Artikolu;
(f)
il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (2);
(g)
il-prevenzjoni u l-istabbiliment ta’ sistemi li jippromwovu attivitajiet ta’ użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja;
(h)
l-implimentazzjoni tal-obbligi fir-rigward tal-ġbir separat;
(i)
l-istrumenti u l-inċentivi għall-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2); Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki disponibbli pubblikament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|