+Artikolu 38a L-eżerċizju tad-delega
---+Artikolu 38a 1.
---+Artikolu 38a 2.
---+Artikolu 38a 3.
---+Artikolu 38a 4.
---+Artikolu 38a 5.
---+Artikolu 38a 6.

Artikolu 38a L-eżerċizju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38a 1.
Il-Kummissjoni tingħata b’dan is-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 38a 2.
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(1), 9a(3), 11a(10), 27(1) u (4), 38(2) u (3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 22a(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mis-17 ta’ April 2027. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
Artikolu 38a 3.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(1), 9a(3), 11a(10), 22a(5), 27(1) u 27(4), 38(2) u (3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 38a 4.
Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 25 ).
Artikolu 38a 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Artikolu 38a 6.
Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(1), 9a(3), 11a(10), 22a(5), 27(1) u (4), 38(2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.