|
+Artikolu 41 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji |
Artikolu 41 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorjiArtikolu 41 Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji Id-Direttivi 75/439/KEE u 91/689/KEE u 2006/12/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2010. Madankollu, mit-12 ta’ Diċembru 2008, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
(a)
l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 75/439/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“4.
Il-metodu ta’ referenza ta’ kejl biex jiġi ddeterminat il-kontenut PCB/PCT taż-żejt għar-rimi għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissuplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (
*1
).
(b)
id-Direttiva 91/689/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(i)
fl-Artikolu 1(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“4.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘skart perikoluż’ tfisser:
—
skart klassifikat bħala skart perikoluż li jinstab fil-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (
*2
) fuq il-bażi ta’ l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskart għandu jkollu wieħed jew iktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Il-lista għandha tikkunsidra l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn ikun meħtieġ, valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (
*3
);
—
kwalunkwe skart ieħor li jkun meqjus minn Stat Membru bħala skart li juri xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u jiġu riveduti bil-għan li tiġi adattata l-lista. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.
(ii)
l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, u biex tiġi riveduta l-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 1(4), imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.”
(ċ)
id-Direttiva 2006/12/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(i)
fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (
*4
) li fiha l-lista ta’ tipi ta’ skart li jagħmlu parti mill-kategoriji elenkati fl-Anness I ma’ din id-Direttiva. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.
(ii)
l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4).”
(iii)
fl-Artikolu 18(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“4.
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”
Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V. Mis-17 ta’ April 2029, l-Artikoli 22a, 22b, 22c u 22d għandhom japplikaw għal intrapriżi li jimpjegaw inqas minn għaxar persuni u li l-fatturat annwali u l-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbżux EUR 2 miljun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|