+ANNESS III KARATTERISTIĊI TAL-ISKART LI JAGĦMLUH PERIKOLUŻ
|
ANNESS III KARATTERISTIĊI TAL-ISKART LI JAGĦMLUH PERIKOLUŻ
ANNESS III
KARATTERISTIĊI TAL-ISKART LI JAGĦMLUH PERIKOLUŻ
|
“Splussiv”:
|
skart li b'reazzjoni kimika kapaċi jipproduċi gass b'temperatura u pressjoni u b'veloċità li jagħmlu ħsara lill-inħawi tal-madwar. Inklużi wkoll skart pirotekniku, skart ta' perossidu organiku splussiv u skart awtoreattiv splussiv.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 1, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP1, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP1.
It-Tabella 1: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP1:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
|
Inst. Spl.
|
H200
|
|
Spl. 1.1
|
H201
|
|
Spl. 1.2
|
H202
|
|
Spl. 1.3
|
H203
|
|
Spl. 1.4
|
H204
|
|
Awtoreat. A
|
H240
|
|
Org. Peross. A
|
|
Awtoreat. B
|
H241
|
|
Org. Peross. B
|
|
|
“Ossidanti”:
|
skart li ġeneralment, meta jkun hemm provvista ta' ossiġnu, jista' jikkawża jew iwassal għall-kombustjoni ta' materjali oħra.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 2, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP2, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP2.
It-Tabella 2: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP2:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
|
Oss. Gass 1
|
H270
|
|
Oss. Lik. 1
|
H271
|
|
Oss. Sol. 1
|
|
Oss. Lik. 2, Oss. Lik. 3
|
H272
|
|
Oss. Sol. 2, Oss. Sol. 3
|
|
|
“Jieħu n-nar”:
|
—
skart likwidu li jieħu n-nar: skart likwidu li jkollu punt ta' fjammabilità ta' < 60 °C jew żejt tal-gass ta' skart, diżil ta' skart u żjut ta' skart ħfief għat-tisħin li jkollhom punt ta' fjammabilità ta' > 55 °C u ≤ 75 °C;
—
skart solidu u likwidu piroforiku li jieħu n-nar tfisser skart solidu jew likwidi li anki fi kwantitajiet żgħar għandhom tendenza li jieħdu n-nar f'ħames minuti minn meta jmissu mal-arja;
—
skart solidu li jieħu n-nar tfisser skart solidu li hu kombustibbli malajr jew li jista' jikkawża n-nar jew iwassal għal nar permezz ta' frizzjoni;
—
skart gassuż li jieħu n-nar: skart gassuż li jieħu n-nar fl-arja f'temperatura ta' 20 °C u fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa;
—
skart reattiv bl-ilma: skart li malli jmiss mal-ilma jerħi ammont perikoluż ta' gassijiet li jieħdu n-nar;
—
skart ieħor li jieħu n-nar: ajrusols li jieħdu n-nar, skart li jisħon waħdu u jieħu n-nar, perossidi organiċi li jieħdu n-nar, skart awtoreattiv li jieħu n-nar.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 3, l-iskart għandu jiġi verifikat, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun jieħu n-nar, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP3.
It-Tabella 3: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP3:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
|
Jaqbad Gass 1
|
H220
|
|
Jaqbad Gass 2
|
H221
|
|
Ajrusol 1
|
H222
|
|
Ajrusol 2
|
H223
|
|
Jaqbad Lik. 1
|
H224
|
|
Jaqbad Lik. 2
|
H225
|
|
Jaqbad Lik. 3
|
H226
|
|
Jaqbad Sol. 1
|
H228
|
|
Jaqbad Sol. 2
|
|
Awtoreat. CD
|
H242
|
|
Awtoreat. EF
|
|
Org. Peross. CD
|
|
Org. Peross. EF
|
|
Pir. Lik. 1
|
H250
|
|
Pir. Sol. 1
|
|
Jisħon waħdu 1
|
H251
|
|
Jisħon waħdu 2
|
H252
|
|
Reat. bl-ilma 1
|
H260
|
|
Reat. bl-ilma 2
Reat. bl-ilma 3
|
H261
|
|
|
“Irritanti — irritazzjoni tal-ġilda u ħsara fl-għajnejn”:
|
skart li meta jiġi applikat jista' jirrita l-ġilda jew jikkawża ħsara fl-għajnejn.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar f'konċentrazzjonijiet ogħla mill-valur ta' limitu, li huma klassifikati minn waħda minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.
Il-valur ta' limitu li għandhom jitqiesu f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A (H314), Irrit. tal-ġilda 2 (H315), Ħsara fl-għ. 1 (H318) u Irrit. tal-għ. 2 (H319) hu 1 %.
Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala Korr. tal-ġilda 1A (H314) ikun daqs jew jaqbeż il-1 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.
Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H318 ikun daqs jew jaqbeż l-10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.
Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H315 u H319 ikun daqs jew jaqbeż l-20 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.
Innota li skart li jkun fih sustanzi klassifikati bħala H314 (Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C) f'ammonti daqs jew aktar minn 5 % se jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8. HP4 ma tapplikax meta l-iskart ikun ġie klassifikat bħala HP8.
|
|
“Tossiċità Speċifika għal Organu ta' Mira (STOT)/Tossiċità mill-Aspirazzjoni”:
|
skart li jista' jikkawża tossiċità speċifika għal organu ta' mira minn esponiment wieħed jew minn esponiment imtenni, jew li jista' jikkawża effetti tossiċi akuti wara li jiġi aspirat.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 4, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar mil-limiti ta' konċentrazzjoni fit-Tabella 4, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala STOT u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5.
Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Asp. Toss. 1 u t-total ta' dawk is-sustanzi jkun daqs jew jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5 fil-każ biss li l-viskożità kinematika ġenerali (f'40 °C) ma tkunx taqbeż l-20,5 mm2/s. (
27
)
It-Tabella 4: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP5:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
Limitu ta' konċentrazzjoni
|
|
STOT SE 1
|
H370
|
1 %
|
|
STOT SE 2
|
H371
|
10 %
|
|
STOT SE 3
|
H335
|
20 %
|
|
STOT RE 1
|
H372
|
1 %
|
|
STOT RE 2
|
H373
|
10 %
|
|
Asp. Toss. 1
|
H304
|
10 %
|
|
|
“Tossiċità Akuta”:
|
Skart li jista' jikkawża dawn l-effetti tossiċi akuti meta jiġi applikat b'mod orali jew fuq il-ġilda, jew wara esponiment għan-nifs.
Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza fl-iskart klassifikat minn kodiċi ta' klassi u kategorija tat-tossiċità akuta u kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu li turi t-Tabella 5, ikun daqs jew jaqbeż il-limitu mogħti f'dik it-tabella, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP6. Meta skart ikun fih aktar minn sustanza waħda klassifikata bħala tossika akuta, it-total tal-konċentrazzjonijiet hemm bżonnu biss għal sustanzi fl-istess kategorija tal-periklu.
Dawn il-valuri tal-limitu għandhom japplikaw biex jitqiesu f'valutazzjoni:
—
Għal Toss. Akuta 1, 2 jew 3 (H300, H310, H330, H301, H311, H331): 0,1 %;
—
Għal Toss. Akuta 4 (H302, H312, H332): 1 %.
It-Tabella 5: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP6:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
Limitu ta' konċentrazzjoni
|
|
Toss. Akuta 1 (Orali)
Toss. Akuta 2 (Orali)
Toss. Akuta 3 (Orali)
Toss. Akuta 4 (Orali)
Toss. Akuta 1 (tal-Ġilda)
Toss. Akuta 2 (tal-Ġilda)
Toss. Akuta 3 (Ġilda)
Toss. Akuta 4 (tal-Ġilda)
Toss. Akuta 1 (bin-Nifs)
Toss. Akuta 2 (bin-Nifs)
Toss. Akuta 3 (bin-Nifs)
Toss. Akuta 4 (bin-Nifs)
|
H300
H300
H301
H302
H310
H310
H311
H312
H330
H330
H331
H332
|
0,1 %
0,25 %
5 %
25 %
0,25 %
2,5 %
15 %
55 %
0,1 %
0,5 %
3,5 %
22,5 %
|
|
|
“Karċinoġeniku”:
|
skart li jikkaġuna l-kanċer jew iżid l-inċidenza tiegħu.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 6, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala karċionġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7.
It-Tabella 6: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP7:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
Limitu ta' konċentrazzjoni
|
|
Karċ. 1A
|
H350
|
0,1 %
|
|
Karċ. 1B
|
|
Karċ. 2
|
H351
|
1,0 %
|
|
|
“Korrużiv”:
|
skart li meta jiġi applikat jista' jikkawża korrużjoni tal-ġilda.
Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C (H314) u t-total tal-konċentrazzjonijiet tagħhom ikun daqs jew jaqbeż il-5 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8.
Il-valur ta' limitu li għandu jitqies f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A, 1B, 1C (H314) hu 1,0 %.
|
|
“Infettuż”:
|
skart li jkun fih mikroorganiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufin jew meqjusin b'mod ċert li jikkaġunaw mard fil-bniedem jew f'organiżmi ħajjin oħra.
HP9 għandha tiġi attribwita skont valutazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dokumenti ta' referenza jew fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.
|
|
“Tossiku għar-riproduzzjoni”:
|
skart li jħalli effetti ħżiena fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità fl-irġiel u n-nisa adulti, u li jikkawża tossiċità fl-iżvilupp tal-ulied.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 7, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10.
It-Tabella 7: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP10:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
Limitu ta' konċentrazzjoni
|
|
Ripr. 1A
|
H360
|
0,3 %
|
|
Ripr. 1B
|
|
Ripr. 2
|
H361
|
3,0 %
|
|
|
“Mutaġeniku”:
|
skart li jista' jikkawża mutazzjoni, jiġifieri bidla permanenti fl-ammont jew fl-istruttura tal-materjal ġenetiku f'ċellola.
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 8, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala mutaġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11.
It-Tabella 8: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP11:
|
Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu
|
Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu
|
Limitu ta' konċentrazzjoni
|
|
Muta. 1A,
|
H340
|
0,1 %
|
|
Muta. 1B
|
|
Muta. 2
|
H341
|
1,0 %
|
|
|
“Jerħi gass tossiku akut”:
|
skart li jerħi gassijiet tossiċi akuti (Toss. Akuta 1, 2 jew 3) meta jmiss mal-ilma jew mal-aċidu.
Meta skart ikun fih sustanza attribwita b'wieħed minn dawn il-perikli supplimentari EUH029, EUH031 u EUH032, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP12, skont il-metodi tal-ittestjar jew il-linji gwida.
|
|
“Sensitizzanti”:
|
skart li jkun fih sustanza waħda jew aktar li huma magħrufin li jikkawżaw effetti sensitizzanti lill-ġilda jew lill-organi respiratorji.
Meta skart ikun fih sustanza klassifikata bħala sensitizzanti u attribwita b'wieħed mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu H317 jew H334 u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP13.
|
▼M3
|
“Ekotossiku”:
|
skart li jippreżenta jew jista' jippreżenta riskji immedjati jew li jimmanifestaw ruħhom maż-żmien għal settur wieħed tal-ambjent jew aktar setturi tal-ambjent.
L-iskart li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż minn HP 14:
—
L-iskart li jkun fih sustanza li tkun ikklassifikata bħala sustanza qerrieda tal-ożonu bil-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu H420 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
28
) u l-konċentrazzjoni ta' din is-sustanza tkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 0,1 % jew taqbżu.
[c(H420) ≥ 0,1 %]
—
L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda li tkun ikklassifikata bħala akkwatika akuta bil-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu H400 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u t-total tal-konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi jkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għandu japplika valur ta' limitu ta' 0,1 % għal dawn is-sustanzi.
[Σ c (H400) ≥ 25 %]
—
L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda kklassifikata bħala akkwatika kronika 1, 2 jew 3 assenjati għall-kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu H410, H411 jew H412 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u t-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 1 (H410) immultiplikat b'100 u miżjud mat-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha kklassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 2 (H411) immultiplikat b'10 u miżjud mat-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 3 (H412) ikun ugwali għal-limitu tal-konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għas-sustanzi klassifikati bħala H410 japplika valur ta' limitu ta' 0,1 %, u japplika valur ta' limitu ta' 1 % għas-sustanzi kklassifikati bħala H411 jew H412.
[100 × Σc (H410) + 10 × Σc (H411) + Σc (H412) ≥ 25 %]
—
L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda li tkun ikklassifikata bħala akkwatika kronika 1, 2, 3, jew 4 bil-kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu H410, H411, H412, jew H413 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u t-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha li jkunu klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi jkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għas-sustanzi klassifikati bħala H410 japplika valur ta' limitu ta' 0,1 %, u japplika valur ta' limitu ta' 1 % għas-sustanzi kklassifikati bħala H411 H412, jew H413.
[Σ c H410 + Σ c H411 + Σ c H412 + Σ c H413 ≥ 25 %]
Fejn: Σ = it-total u c = il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi.
|
▼M1
|
“Skart li kapaċi juri xi waħda mill-proprjetajiet tal-periklu li tniżżlu hawn fuq u li l-iskart oriġinali ma jkunx juri b'mod dirett”.
|
Meta skart ikun fih sustanza waħda jew jew aktar attribwita b'xi waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-perikli supplimentari li turi t-Tabella 9, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP15, sakemm l-iskart ma jkunx f'għamla partikolari li fl-ebda ċirkustanza ma juri proprjetajiet splussivi jew potenzjalment splussivi.
It-Tabella 9: Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-perikli supplimentari għall-kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP15
|
Dikjarazzjoni(jiet) tal-periklu/il-Periklu/i Supplimentari
|
|
Jista' jisplodi f'daqqa fin-nar
|
H205
|
|
Jisplodi meta jkun xott
|
EUH001
|
|
Jaf jifforma perossidi splussivi
|
EUH019
|
|
Riskju ta' splużjoni jekk jissaħħan fil-magħluq
|
EUH044
|
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu iqisu tip ta' skart bħala skart perikoluż skont HP15 skont kriterji applikabbli oħra, bħal valutazzjoni tal-lissija.
▼M3 —————
▼C2
Metodi tal-ittestjar
Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (
29
) u f'noti CEN oħra rilevanti, jew metodi tal-ittestjar u linji gwida oħra rikonoxxuti internazzjonalment.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|