+ANNESS IVc PRODOTTI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAT-TESSUTI, PRODOTTI RELATATI MAT-TESSUTI U PRODOTTI TA’ XEDD IS-SAQAJN

ANNESS IVc PRODOTTI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAT-TESSUTI, PRODOTTI RELATATI MAT-TESSUTI U PRODOTTI TA’ XEDD IS-SAQAJN




ANNESS IVc

PRODOTTI FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ ESTIŻA TAL-PRODUTTUR GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAT-TESSUTI, PRODOTTI RELATATI MAT-TESSUTI U PRODOTTI TA’ XEDD IS-SAQAJN

Parti I

Prodotti tat-tessuti, u oġġetti tat-tessuti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ għall-użu fid-dar jew użi oħra, fejn tali prodotti huma simili fin-natura u fil-kompożizzjoni għal dawk għall-użu fid-dar, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22a



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

61 – il-kodiċijiet kollha elenkati fil-kapitolu

Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħduma bil-labar jew bil-ganċ

62 – il-kodiċijiet kollha elenkati fil-kapitolu

Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6301

Kutri u travelling rugs (għajr 6301 10 00 )

6302

Bjankerija tas-sodda, bjankerija tal-mejda, bjankerija tat-twaletta u bjankerija tal-kċina

6303

Purtieri (inkluż drappijiet) u blinds ta’ ġewwa; pavaljuni u tornaletti

6304

Oġġetti oħrajn għat-tagħmir tad-dar, ħlief dawk tal-intestatura 9404

6309

Ilbies qadim u oġġetti oħra qodma

6504

Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, jew imsawrin permezz tal-immaljar ta’ strixxi, inkella billi l-istrixxi ta’ kwalunkwe materjal jingħaqdu flimkien, kemm jekk ikunu infurrati jew imberflin kif ukoll jekk ma jkunux

6505

Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, jew magħmulin mill-bizzilla, mill-feltru jew minn drapp tessili ieħor, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), kemm jekk infurrati jew imberflin kif ukoll jekk ma jkunux; xbieki għax-xagħar ta’ kwalunkwe materjal, kemm infurrati jew imberflin kif ukoll jekk le

Parti II

Xedd is-saqajn, u oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ għall-użu fid-dar jew użi oħra, fejn tali prodotti huma simili fin-natura u fil-kompożizzjoni għal dawk għall-użu fid-dar, li l-kompożizzjoni ewlenija tagħhom mhijiex tessut, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22a



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4203

Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita (għajr għax-xedd is-saqajn u xedd ir-ras u partijiet minnhom, u oġġetti tal-kapitolu 95, pereżempju gwardji tal-qasba tas-sieq, maskri tal-iżgirma)

6401

Xedd is-saqajn li minnu ma jgħaddix ilma bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik, li l-wiċċ tiegħu la huwa mwaħħal u lanqas immuntat bi ħjata, imsiemer irbattuti (rivets), imsiemer, viti, tappijiet jew proċessi simili

6402

Xedd is-saqajn ieħor bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik

6403

Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ tal-ġilda

6404

Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ magħmul minn materjali tessili

6405

Xedd is-saqajn ieħor

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.