+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (a)
---+Artikolu 2 (b)
---+Artikolu 2 (c)
---+Artikolu 2 (d)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (a)
|
“illegali” tfisser ksur:
|
(i)
|
tal-leġislazzjoni adottata skond it-Trattat KE u elenkata fl-Anness A, jew
|
|
(ii)
|
fir-rigward ta’ l-attivitajiet koperti mit-Trattat Euratom, il-leġislazzjoni adottata skond it-Trattat Euratom u elenkata fl-Anness B, jew
|
|
(iii)
|
ta’ liġi, regolament amministrattiv ta’ Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħti effett lil-leġislazzjoni Komunitarja msemmija fi (i) jew (ii);
|
|
|
Artikolu 2 (b)
|
“speċi protetti tal- fawna u l-flora selvaġġi” huma:
|
(i)
|
għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(f) dawk li huma elenkati fi:
|
—
|
l-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (3);
|
|
—
|
l-Anness I u msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (4);
|
|
|
(ii)
|
għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(g), dawk li huma elenkati fl-Annessi A jew B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (5);
|
|
|
Artikolu 2 (c)
|
“ħabitat f’post protett”, tfisser kwalunkwe ħabitat ta’ speċi li għalihom żona hija kklassifikata bħala żona speċjali ta’ protezzjoni skond l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 79/409/KEE, jew kwalunkwe ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċi li għalihom sit jintgħażel bħala zona speċjali ta’ konservazzjoni skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;
|
|
Artikolu 2 (d)
|
“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha dan l-istatus skond il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità ta’ l-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.12.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0099
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|