|
+Artikolu 3 8a. |
Artikolu 3 8a.Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati, sa fejn possibbli sat-22 ta’ Diċembru 2014, linji gwida tekniċi dwar l-istrateġiji ta’ monitoraġġ u l-metodi analitiċi għas-sustanzi, inkluż it-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ tal-bijota, bħala parti mill-proċess ta’ implimentazjoni eżistenti tad-Direttiva 2000/60/KE. B’mod partikolari, il-linji gwida għandhom ikopru:
(a)
il-monitoraġġ ta’ sustanzi fil-bijota kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
fil-każ ta’ sustanzi li għadhom kif ġew identifikati (bin-numri 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I) u sustanzi li għalihom huma stabbiliti EQSs aktar stretti (bin-numri 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 fil-Parti A tal-Anness I), metodi analitiċi konformi mal-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|