+Artikolu 3 Standards ta’ kwalità ambjentali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 1a.
---+Artikolu 3 1b.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 3a.
---+Artikolu 3 3b.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 5a.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 8a.
---+Artikolu 3 8b.
|
Artikolu 3 Standards ta’ kwalità ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal korpi tal-ilma tal-wiċċ, u għandhom japplikaw dawk l-EQS skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.
|
|
Artikolu 3 1a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva fil-verżjoni fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2009 u b’mod partikolari l-kisba ta’ status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward tas-sustanzi u l-EQS elenkati fih, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I fir-rigward:
(i)
tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2021 permezz ta’ programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2015 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, u
(ii)
tas-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2018, bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2027 u tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istatus kimiku ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, sat-22 ta’ Diċembru 2018, jistabbilixxu u jippreżentaw lill-Kummissjoni programm ta’ monitoraġġ supplementari u programm preliminari ta’ miżuri li jkopru dawk is-sustanzi. Programm finali ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi stabbilit sat-22 ta’ Diċembru 2021 u għandu jiġi implimentat u jsir kompletament operazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data u mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2024;
▼M2
(iii)
is-sustanzi bin-numri 5, 9, 13, 15, 17, 21, 23, 24, 28, 30, 34, 37, 41 u 43 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2027, bl-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2033 u jiġi evitat deterjorament tal-istatus kimiku tal-mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi permezz ta' programmi ta' miżuri inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2027 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE;
(iv)
is-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 46 sa 70 fil-Parti A tal-Anness I, b'effett mit-22 ta' Diċembru 2027, bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2039 u jiġi evitat deterjorament tal-istatus kimiku ta' mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk is-sustanzi; għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm supplimentari ta' monitoraġġ sat-22 ta' Diċembru 2027, programm preliminari ta' miżuri li jkopru dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2030; , programm finali ta' miżuri, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, għandu jiġi inkluż fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2033 prodott f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta' dik id-Direttiva.
L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (i) u (ii), tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu wkoll japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (iii) u (iv) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-estensjonijiet ta' żmien previsti fl-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom ikunu limitati għal massimu ta' aġġornament ieħor tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara għajr f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali jkunu tali li l-objettivi ma jkunux jistgħu jintlaħqu fil-perjodu ta' dak il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
|
|
Artikolu 3 1b.
|
EQS stabbilit fil-livell tal-Unjoni għal kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar f'konformità mal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u elenkati fil-Parti C tal-Anness II ta' din id-Direttiva jew kontaminanti speċifiċi addizzjonali għall-baċini tax-xmajjar u EQS korrispondenti identifikat mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 8d(1) ta’ din id-Direttiva, ser isir effettiv mill-bidu tal-perjodu tal-pjan li jmiss ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar wara d-data li fiha ġie stabbilit l-EQS, bl-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk il-kontaminanti sa tmiem il-perjodu tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar u jiġi evitat deterjorament tal-istatus kimiku tal-mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta' dawk il-kontaminanti. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-kontaminanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-estensjonijiet ta' żmien previsti fl-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom ikunu limitati għal massimu ta' aġġornament ieħor tal-pjanta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar għajr f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali jkunu tali li l-objettivi ma jkunux jistgħu jintlaħqu fil-perjodu ta' dak il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Fir-rigward ta' sustanzi li għalihom huwa stipulat EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw tali EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment. Fir-rigward ta' sustanzi oħrajn għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stipulat fil-Parti A tal-Anness I.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, fir-rigward ta’ waħda mill-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ jew aktar, li japplikaw EQS għal matriċi differenti minn dik speċifikata fil-paragrafu 2, jew, fejn rilevanti, għal taxa tal-bijota differenti minn dik speċifikata fil-Parti A tal-Anness I. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw l-EQS rilevanti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I jew, jekk l-ebda wieħed ma jkun inkluż għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota, jistabbilixxu EQS li joffri mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbilit fil-parti A tal-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu biss fejn il-metodu ta’ analiżi użat għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota magħżula jissodisfa l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE. Fejn dawk il-kriterji ma jiġu sodisfatti għall-ebda matriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ jitwettaq bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi u li l-metodu ta’ analiżi jaħdem tal-inqas tajjeb daqs dak disponibbli għall-matriċi speċifikata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sustanza rilevanti.
|
|
Artikolu 3 3a.
|
Fejn riskju potenzjali għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu mill-iskopertura akuta jkun ġie identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjonijiet jew emissjonijiet ambjentali mkejla jew stmati jew emissjonijiet u fejn qed tiġi applikata EQS tal-bijota jew tas-sediment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li monitoraġġ fl-ilma tal-wiċċ għandu jitwettaq ukoll u għandhom japplikaw l-MAC-EQS stipulat fil-parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, fejn tali EQS ikunu ġew stabbiliti.
|
|
Artikolu 3 3b.
|
Jekk, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE, issir referenza għall-valur medju kkalkulat ta’ kejl, meta jitwettaq bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi, bħala “anqas mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni”, u l-”limitu ta’ kwantifikazzjoni” anki ta’ dik it-teknika jkun aktar mill-EQS, ir-riżultat għas-sustanza li tkun qed titkejjel ma għandux jitqies għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali ta’ dik il-massa tal-ilma.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Għas-sustanzi li għalihom jiġi applikat EQS għas-sediment u/jew għall-bijota, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw is-sustanza fil-matriċi rilevanti mill-inqas darba f’sena, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju tal-esperti ma jiġġustifikax intervall ieħor.
|
|
Artikolu 3 5.
|
L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati, prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE:
(a)
tabella li tippreżenta l-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi applikati, u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi relatata mal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;
(b)
għas-sustanzi li għalihom intużat l-alternattiva fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:
(i)
ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta’ dik l-alternattiva,
(ii)
fejn rilevanti, l-EQS alternattivi stabbiliti, evidenza li dawk l-EQS joffru tal-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I, inkluż id-data u l-metodoloġija użata għad-derivazzjoni tal-EQS, u l-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ li japplikaw għalihom,
(iii)
għal paragun mal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, il-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi tal-analiżi għall-matriċi jew il-matriċijiet speċifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, inkluż l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi fir-rigward tal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;
(c)
ġustifikazzjoni għall-frekwenza tal-monitoraġġ applikata f’konformità mal-paragrafu 4, jekk l-intervalli ta’ monitoraġġ huma itwal minn sena.
|
|
Artikolu 3 5a.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE li fihom ir-riżultati u l-impatt tal-miżuri adottati biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, u r-rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ miżuri ppjanat skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, huma pprovduti permezz ta’ portal ċentrali uniku li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (
2
).
|
|
Artikolu 3 6.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi prijoritarji identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment jew fil-bijota, abbażi tal-monitoraġġ fis-sediment jew fil-bijota bħala parti mill-monitoraġġ tal-istatus tal-ilma tal-wiċċ imwettaq f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri mmirati biex jiżguraw, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux b'mod sinifikanti fis-sediment jew fil-bijota. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta’ monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu data suffiċjenti għal analiżi tat-tendenza affidabbli għall-perijodu fit-tul. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.
|
|
Artikolu 3 8.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I sabiex tadattah għall-progress tekniku jew xjentifiku.
|
|
Artikolu 3 8a.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati, sa fejn possibbli sat-22 ta’ Diċembru 2014, linji gwida tekniċi dwar l-istrateġiji ta’ monitoraġġ u l-metodi analitiċi għas-sustanzi, inkluż it-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ tal-bijota, bħala parti mill-proċess ta’ implimentazjoni eżistenti tad-Direttiva 2000/60/KE. B’mod partikolari, il-linji gwida għandhom ikopru:
(a)
il-monitoraġġ ta’ sustanzi fil-bijota kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
fil-każ ta’ sustanzi li għadhom kif ġew identifikati (bin-numri 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I) u sustanzi li għalihom huma stabbiliti EQSs aktar stretti (bin-numri 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 fil-Parti A tal-Anness I), metodi analitiċi konformi mal-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE.
|
|
Artikolu 3 8b.
|
Fil-każ ta’ sustanzi li għalihom għadhom ma ġewx adottati linji gwida tekniċi sat-22 ta’ Diċembru 2014, l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2015 msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu(1a) għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2018 u l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2021 imsemmija f’dak il-punt għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|