|
+Artikolu 8b 1a. |
Artikolu 8b 1a.L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi u l-indikaturi għall-inklużjoni fil-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-riżultati tal-aktar rieżami reċenti ta' dak l-Anness, kif ukoll ir-riżultati tal-aktar rieżami regolari reċenti tal-Anness I ta' din id-Direttiva;
(b)
il-listi ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mad-Direttivi 2006/118/KE u (UE) 2020/2184;
(c)
rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati;
(d)
il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċini tax-xmara f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva;
(e)
informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi, inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli, il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta' sustanza, inkluż l-informazzjoni miġbura f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE, mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mad-Direttiva 2009/128/KE, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u mar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
(f)
proġetti ta' riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, inkluż informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiet ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta' tbassir oħrajn, kif ukoll informazzjoni u data miġburin minn teknoloġiji ta' telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja, bħas-servizzi ta' Copernicus, minn sensuri u apparati in situ jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;
(g)
rakkomandazzjonijiet mill-gruppi ta' ħidma stabbiliti skont l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE;
(h)
informazzjoni dwar l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf disponibbli fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali fil-qafas tar-Regolament (UE) 2024/1244, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar is-sustanzi koperti mill-permessi fil-qafas tad-Direttiva 2010/75/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|