+Artikolu 8b
---+Artikolu 8b 1.
---+Artikolu 8b 1a.
---+Artikolu 8b 1b.
---+Artikolu 8b 1c.
---+Artikolu 8b 2.
---+Artikolu 8b 3.
---+Artikolu 8b 4.
---+Artikolu 8b 5.

Artikolu 8b

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8b 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) f'konformità mal-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, lista ta' sorveljanza tas-sustanzi li għalihom huwa meħtieġ li tinġabar data ta' monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri sabiex jiġu appoġġati rieżamijiet futuri f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u li jiġu stabbiliti l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rappurtar tar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ u ta' informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-lista ta' sorveljanza għandu jkun fiha massimu ta' 10 sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi ta' tniġġis fi kwalunkwe ħin u għandha tindika l-matriċijiet ta' monitoraġġ u l-metodi possibbli ta' analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet ta' monitoraġġ u metodi ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data ta' monitoraġġ hija insuffiċjenti. Il-lista ta' sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta' tħassib emerġenti.

Abbażi tar-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA f'konformità mal-paragrafu 1a, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-mikroplastiċi u indikaturi adatti għall-preżenza, l-evoluzzjoni jew it-trażmissjoni ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi (‘indikaturi ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi’) f'lista ta' sorveljanza, dment li jkunu disponibbli metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi affidabbli u li ma jinvolvux kostijiet eċċessivi. Sal-1 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tidentifika tali metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi.

Artikolu 8b 1a.

L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi u l-indikaturi għall-inklużjoni fil-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11)  u r-riżultati tal-aktar rieżami reċenti ta' dak l-Anness, kif ukoll ir-riżultati tal-aktar rieżami regolari reċenti tal-Anness I ta' din id-Direttiva;

(b) 

il-listi ta' sorveljanza stabbiliti f'konformità mad-Direttivi 2006/118/KE u (UE) 2020/2184;

(c) 

rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati;

(d) 

il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċini tax-xmara f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva;

(e) 

informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi, inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli, il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta' sustanza, inkluż l-informazzjoni miġbura f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE, mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mad-Direttiva 2009/128/KE, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u mar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

(f) 

proġetti ta' riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, inkluż informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiet ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta' tbassir oħrajn, kif ukoll informazzjoni u data miġburin minn teknoloġiji ta' telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja, bħas-servizzi ta' Copernicus, minn sensuri u apparati in situ jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;

(g) 

rakkomandazzjonijiet mill-gruppi ta' ħidma stabbiliti skont l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE;

(h) 

informazzjoni dwar l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf disponibbli fil-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali fil-qafas tar-Regolament (UE) 2024/1244, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar is-sustanzi koperti mill-permessi fil-qafas tad-Direttiva 2010/75/UE.

Artikolu 8b 1b.
Ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA f'konformità mal-paragrafu 1a għandhom jippreżentaw lista ta' sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi, il-matriċi ta' monitoraġġ rakkomandata, u metodu indikattiv ta' analiżi u limitu massimu aċċettabbli ta' kwantifikazzjoni għal kull wieħed minnhom, b'referenza ta' sostenn għal-letteratura jew gwida xjentifika.
Artikolu 8b 1c.
Sal-1 ta’ Frar 2028 u kull tliet snin wara dan, l-ECHA għandha tħejji rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi mħejjija f'konformità mal-paragrafu 1a u għandha tagħmel dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 8b 2.
Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 sal-1 ta’ Mejju 2028, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

Meta taġġorna l-lista ta' sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza jew indikatur mil-lista ta' sorveljanza li għaliha tista' titwettaq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE mingħajr data ta' monitoraġġ addizzjonali. Madankollu, sustanza individwali, grupp ta' sustanzi jew indikatur jistgħu jinżammu fil-lista ta' sorveljanza għal perjodu ieħor ta' massimu ta' tliet snin meta tkun meħtieġa data ta' monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku.

Kull lista ta' sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza addizzjonali waħda jew aktar, grupp ta' sustanzi, jew indikaturi li għalihom il-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li jista' jkun hemm riskju mifrux għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu, bil-kundizzjoni li l-lista ta' sorveljanza aġġornata jkun fiha massimu ta' għaxar sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi, f'konformità mal-paragrafu 1.

Il-mikroplastiċi u l-indikaturi tar-reżistenza għall-antimikrobiċi ma għandhomx jinżammu fil-lista għat-tieni perjodu konsekuttiv ta' tliet snin sakemm ma tkunx disponibbli metodoloġija armonizzata u affidabbli ta' valutazzjoni tar-riskju li, meta tiġi applikata, turi li d-data ta' monitoraġġ miġbura matul l-ewwel perjodu ta' monitoraġġ ma tkunx biżżejjed biex jiġi vvalutat ir-riskju li dawn joħolqu għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

Artikolu 8b 3.
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza, grupp ta' sustanzi, u indikatur fil-lista ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 fi stazzjonijiet ta' monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta' 24 xahar. Il-perjodu ta' monitoraġġ għandu jibda fi żmien sitt xhur mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista, iżda t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma għandhomx għalfejn jinbdew fil-bidu ta' dak il-perjodu.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjon ta' monitoraġġ wieħed, flimkien ma' stazzjon wieħed jekk ikollu aktar minn miljun abitant, flimkien mal-għadd ta' stazzjonijiet ugwali għaż-żona ġeografika tiegħu f'km2 diviża b'60 000 , aġġustat għall-eqreb numru sħiħ, flimkien mal-għadd ta' stazzjonijiet ugwali għall-popolazzjoni tiegħu diviża b'5 miljuni, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ.

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien għal kull sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, l-Istati Membri għandhom iqisu l-varjabbiltà staġjonali fix-xita, il-livelli tal-ilma, ix-xejriet tal-użu u l-possibbiltà li s-sustanza, il-grupp ta' sustanzi, jew l-indikatur iseħħu. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darbtejn fis-sena meta titwettaq fl-ilma u mhux inqas minn darba fis-sena meta titwettaq fis-sediment jew fil-bijota. Meta jkunu meħtieġa frekwenzi ogħla, bħal għal sustanzi li huma sensittivi għal varjabbiltajiet klimatiċi jew staġjonali, iż-żieda fil-frekwenza għandha tiġi stabbilita u ġustifikata teknikament fl-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta' sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1.

Meta Stat Membru jkun f'pożizzjoni li jiġġenera u jipprovdi lill-Kummissjoni b'data ta' monitoraġġ reċenti, rappreżentattiva, komparabbli u suffiċjenti għal sustanza partikolari, grupp ta' sustanzi, jew indikatur minn programmi jew studji ta' monitoraġġ eżistenti, huwa jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali skont il-mekkaniżmu tal-lista ta' sorveljanza għal dik is-sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, dment li s-sustanza, grupp ta' sustanzi, jew indikatur, ikunu ġew immonitorjati bl-użu ta' metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta' monitoraġġ u mal-metodi ta' analiżi msemmija fl-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta' sorveljanza, kif ukoll mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE ( 14 ).

Artikolu 8b 4.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kull sena f'konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta' sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ u dwar l-istrateġija ta' monitoraġġ.
Artikolu 8b 5.
Fi tmiem il-perjodu ta' 24 xahar imsemmi fil-paragrafu 3, l-ECHA għandha tirrieżamina r-riżultati tal-monitoraġġ u tivvaluta liema sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi jeħtieġ li jiġu mmonitorjati għal perjodu ieħor ta' 24 xahar u li għalhekk għandhom jinżammu fuq il-lista ta' sorveljanza u liema sustanzi, gruppi ta' sustanzi, jew indikaturi jistgħu jitneħħew mil-lista ta' sorveljanza.

Meta l-Kummissjoni, wara li tqis il-valutazzjoni mill-ECHA msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tikkonkludi li ma huwa meħtieġ l-ebda monitoraġġ ulterjuri sabiex jiġi vvalutat aktar ir-riskju għall-ambjent akkwatiku, din il-valutazzjoni mill-ECHA għandha titqies fir-rieżami tal-listi ta' sustanzi fl-Anness I jew fil-Parti C tal-Anness II ta' din id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.