+Artikolu 8d
---+Artikolu 8d 1.
---+Artikolu 8d 2.
---+Artikolu 8d 3.

Artikolu 8d

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8d 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw EQS għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara koperti mill-kategoriji elenkati fil-Parti A tal-Anness II ta' din id-Direttiva, meta huma jidentifikaw li dawk il-kontaminanti jippreżentaw riskju għall-mases tal-ilma f'wieħed jew aktar mid-distretti tal-baċin tax-xmara tagħhom abbażi tal-analiżijiet u r-rieżamijiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE, f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness II ta' din id-Direttiva.

Sat-22 ta' Diċembru 2027, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-lista tagħhom ta’ kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar u l-EQS stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Aġġornamenti sussegwenti tal-lista ta' kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar identifikati mill-Istati Membri f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-EQS korrispondenti tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara li għandhom jiġu prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 8d 2.
Meta l-EQS għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara ikunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, u elenkati fil-Parti C tal-Anness II ta' din id-Direttiva, dawk l-EQS għandhom jieħdu preċedenza fuq l-EQS għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara stabbiliti fil-livell nazzjonali f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu applikati wkoll mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu jekk il-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara elenkati fil-Parti C tal-Anness II ta' din id-Direttiva joħolqux riskju.
Artikolu 8d 3.
Il-konformità mal-EQS nazzjonali applikabbli jew, fejn rilevanti, mal-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, hija meħtieġa biex massa tal-ilma jikseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ, kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.