|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
1.
“avjazzjoni ċivili” tfisser kwalunkwe operazzjoni fl-ajru mwettqa b’inġenju ta’ l-ajru ċivili, ħlief operazzjonijiet imwettqin minn inġenji ta’ l-ajru ta’ l-istat li huma msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
2.
“sigurtà ta’ l-avjazzjoni” tfisser taħlita ta’ miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili;
3.
“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata, jew li toffri li timpenja ruħha, f’operazzjoni ta’ trasport bl-ajru;
4.
“trasportatur ta’ l-ajru” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja operattiva valida, jew l-ekwivalenti;
5.
“trasportatur ta’ l-ajru Komunitarju” tfisser trasportatur ta’ l-ajru b’liċenzja operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 1 );
6.
“entità” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża, minbarra operatur;
7.
“oġġetti pprojbiti” tfisser armi, splussivi jew tagħmir perikoluż ieħor, oġġetti jew sustanzi li jistgħu jintużaw biex isir att ta’ intereferenza illegali li jimmina s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili;
8.
“skrinjar” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi tekniċi jew mezzi oħra li huma maħsubin biex jidentifikaw u/jew jikxfu oġġetti projbiti;
9.
“kontroll tas-sigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi sabiex ma jitħallewx jiġu introdotti oġġetti projbiti;
10.
“kontroll fuq l-aċċess” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi li permezz tagħhom jista’ jiġi prevenut id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati jew vetturi mhux awtorizzati, jew it-tnejn;
11.
“iż-żona ta’ l-ajru” (“airside”) tfisser iż-żona ta’ moviment ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħha jew partijiet minnhom, li l-aċċess għalihom huwa ristrett;
12.
“iż-żona ta’ l-art” (“landside”) tfisser dawk in-naħat ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħhom jew partijiet minnhom, li mhumiex fiż-żona ta’ l-ajru;
13.
“żona ta’ sigurtà ristretta” tfisser parti miż-żona ta’ l-ajru li fiha, minbarra l-fatt li l-aċċess ikun ristrett, jiġu applikati standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni oħrajn;
14.
“żona demarkata” tfisser żona li hija separata permezz ta’ kontroll fuq l-aċċess minn żoni ta’ sigurtà ristretta, jew, jekk iż-żona demarkata nnifisha hija żona ta’ sigurtà ristretta, minn żoni ta’ sigurtà ristretta oħra ta’ ajruport;
15.
“kontroll ta’ l-isfond” tfisser kontroll reġistrat ta’ l-identità ta’ persuna, inkluża kwalunkwe kondotta kriminali, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ kemm l-individwu huwa xieraq li jkollu aċċess mingħajr skorta għal żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ xi ajruport;
16.
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi trasferiment” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq inġenju ta’ l-ajru differenti minn dak li waslu fuqu;
17.
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi tranżitu” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq l-istess inġenju ta’ l-ajru li waslu fuqu;
18.
“passiġġier potenzjalment problematiku” tfisser passiġġier li jkun qed jiġi deportat, jew persuna li titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet ta’ immigrazzjoni jew persuna f’kustodja legali;
19.
“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fil-kabina ta’ inġenju ta’ l-ajru.
20.
“bagalji ta’ l-istiva” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru;
21.
“bagalji ta’ l-istiva akkumpanjati” tfisser bagalji, li nġarru fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru, li jkunu ġew reġistrati għal titjira minn passiġġier li jkun qed jivvjaġġa fuq dik l-istess titjira;
22.
“posta tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser posta li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru;
23.
“materjali tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser materjali li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru jew li jintużaw minn trasportatur ta’ l-ajru;
24.
“posta” tfisser dispaċċi ta’ korrispondenza u merkanzija oħra għajr posta tat-trasportatur ta’ l-ajru mibgħutin minn jew maħsubin għal kunsinna għal servizzi postali skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Postali Universali;
25.
“merkanzija” tfisser kwalunkwe proprjetà maħsuba għall-ġarr fuq inġenju ta’ l-ajru, ħlief bagalji, posta, posta ta’ trasportatur ta’ l-ajru, materjali ta’ trasportaturi ta’ l-ajru u provvisti għal matul it-titjira;
26.
“aġent regolat” tfisser trasportatur ta’ l-ajru, aġent, speditur ta’ merkanzija jew kwalunkwe entità oħra li tiżgura l-kontrolli ta’ sigurtà fir-rigward ta’ merkanzija jew posta;
27.
“kunsinnatarju magħruf” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija jew posta fuq kwalunkwe inġenju ta’ l-ajru;
28.
“kunsinnatarju in konto” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija fuq inġenji ta’ l-ajru għall-merkanzija biss jew ta’ posta fuq inġenji ta’ l-ajru għall-posta biss;
29.
“kontroll ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni ta’ dawk il-partijiet ta’ ġewwa ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li għalihom il-passiġġieri setgħa kellhom aċċess, flimkien ma’ spezzjoni ta’ l-istiva ta’ l-inġenju ta’ l-ajru sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru;
30.
“tfittxija ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni tal-parti ta’ ġewwa u l-parti ta’ barra ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li jkunu aċċessibbli sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru li jimminaw is-sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru;
31.
“uffiċjal ta’ sigurtà abbord titjira” tfisser persuna li hija impjegata minn xi stat sabiex tivvjaġġja fuq inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru liċenzjat minnu bil-għan li jipproteġi dak l-inġenju ta’ l-ajru u l-okkupanti tiegħu kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà tat-titjira. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|