+Artikolu 15 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.

Artikolu 15 Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi f’kooperazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, għandha twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta’ ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Istati Membri u, kif xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex titjieb is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni. Għal dan il-fini, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-ajruporti kollha fit-territorju tagħha li jservu l-avjazzjoni ċivili minbarra dawk koperti bl-Artikolu 4(4).

Il-proċeduri biex isiru l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 15 2.
Spezzjonijiet mill-Kummissjoni ta’ ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni m’għandhomx jiġu mħabbrin. Il-Kummissjoni għandha, sew minn qabel ispezzjoni, tinforma lill-Istat Membru konċernat dwarha.
Artikolu 15 3.

Kull rapport ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, li għandu, fit-tweġiba tiegħu, jindika l-miżuri meħuda għar-rimedju ta’ kwalunkwe defiċjenza identifikata.

Ir-rapport, flimkien mat-tweġiba ta’ l-awtorità kompetenti, sussegwentement għandu jiġi komunikat lill-awtoritajiet adatti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0300
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.